Lokali

Il-kawża ġiet differita għat-Tnejn li ġej

L-appell tas-sentenza oriġinali li l-PN kien rebaħ fil-konfront tal-Awtorità tax-Xandir ġiet differita għat-Tnejn li ġej. L-appell qiegħed isir fid-dawl li s-sentenza originali s-sena li għaddiet ġiet appellata, bid-deċiżjoni tal-appell kellha tingħata llum. Madankollu, il-kawża ġiet differita għat-Tnejn li ġej.

Fl-ewwel deċiżjoni, il-PN kien ingħata r-raġun, hekk kif fis-sentenza mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kien ġie ddikjarat li l-Awtorità tax-Xandir naqset milli tassigura li tinżamm imparzjalità dwar ħwejjeġ ta’ kontroversja politika. Originarjament, il-PN kien preżenta rikors quddiem il-Qrati fuq żewġ inċidenti separati.

L-ewwel wieħed kien jikkonċerna dewmien ta’ tliet xhur mill-PBS biex jippubblika dritt ta’ tweġiba li rebaħ il-PN, wara li darbtejn ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir. It-tieni kwistjoni kienet tikkonċerna reklami politiċi dwar il-Budget.

L-Avukati Paul Borg Olivier u Francis Zammit Dimech qed jassistu lill-PN f’din il-kawza. U issa, id-decizjoni mistennija tinghata nhar it-Tnejn il ġej. Il-Professur Ian Refalo qed jassisti lill-Awtorità tax-Xandir.