Dalgħodu l-President Amerikan Joe Biden għamel żjara sorpriża fl-Ukrajna sabiex ifakkar l-ewwel anniversarju mill-bidu tal-gwerra. Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy.
Joe Biden reġa’ kkonferma l-impenn u l-appoġġ ta’ pajjiżu lejn l-Ukrajna, filwaqt li saħaq li għada se jkun qed jitħabbar pakkett ġdid ta’ appoġġ militari.
Min-naħa tiegħu, Zelenskyy qal li n-negozjati ma’ Biden kienu produttivi u kruċjali ferm filwaqt li jispera li din is-sena tlun is-sena tar-rebħa. Huwa żied jgħid li se jkompli jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura li d-dinja demokratika tirbaħ din il-ġlieda storika. Għalkemm bħalissa l-Ukrajna għaddejja minn perjodu diffiċli immens, Zelenskyy jinsab ottimist li pajjiżu se jakkwista kisbiet storiċi bl-għajnuna tal-Istati Uniti u tal-bqija tad-dinja.
//= $special ?>