Lokali Qorti

B’€10.5 miljun oħra fis-sena d-dewmien fil-Qorti jitnaqqas sew, iżda l-Gvern baqa’ ċass

B’investiment ta’ €10.5 miljun fis-sena ħafna mill-problemi eżistenti fil-Qorti jistgħu jiġu solvuti. Ma’ dawn, il-Gvern għandu jalloka madwar €2 miljuni oħra għal żieda fis-salarji tal-ħaddiema, biex l-aħjar nies li jaħdmu l-Qorti jinżammu, u jitħajjru oħrajn ta’ ċerta livell biex jagħmlu karriera f’din l-istituzzjoni għolja tal-pajjiż.

Għax is-sitwazzjoni tal-lum hija li kuljum wieħed jismaż b’ħaddiema li qegħdin jitilqu. Il-pariri lill-Gvern ilhom jingħataw, anke fi-dawl ta’ nuqqas ta’ spazju fil-Qorti fejn huwa stat taż’ fatt li n-numru ta’ ġudikanti f’Malta ras għal ras huwa fost l-anqas fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Minkejja l-proposta tal-EJC u li ħafna mill-membri tal-ġudikatura jaqblu magħha, dik li l-ġudikanti jiżdiedu bid-doppju biex jinqata’ d-dewmien fil-Qrati, l-Gvern baqa’ ċass u jidher li mhuwa jagħmel xejn biex isolvi l-problemi li ma’ kull jum li jgħaddi qed jiggravaw.

Dan is-sit jista’ jiżvela li l-Gvern ingħata parir, anke minn nies esperti, u li huma nvoluti fil-ġudikatura, kif il-backlog tal-kawżi jista’ jonqos sew. Ftit ilu l-EJC, li tinsab Lussemburgu, u li xogħolha hu li tissorvelja l-applikazzjoni korretta u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, hija tal-fehma li n-numru ta’ ġudikanti għandu jiżdied sew, anke bid-doppju.

Minn informazzjoni li għandna iżda, l-Gvern baqa’ ċass għal karba ta’ dawk li huma qrib il-Qorti, u qed iħalli x-xogħol ikompli jaqa’ lura. Dawn qalulna li ma kull każ li jingħalaq permezz ta’ sentenza, jidħlu tlieta ġodda, u huwa umanament imposibbli biex ġudikant ilaħħaq max-xogħol li qed jakkumula.

Każ klassiku huwa ta’ Maġistrat li għandha quddiemha madwar 1,500 każ ta’ vjolenza domestika. Il-ħatra ta’ erba’ Maġistrati ġodda dan l-aħħar ma tfissirx li n-numru ta’ Maġistrati żdied b’erbgħa, għaliex żewġ Maġistrati saru Imħallfin u għalhekk in-numru ta’ Maġistrati żdied bi tnejn u mhux erba’.

Problema oħra fil-Qorti hija li hemm aktar minn 100 ġuri pendenti, u l-parir li ngħata lill-Gvern kien li jiġu appuntanti żewġ Imħallfin li xogħolhom ikun biss li jagħmlu l-ġurijiet. Rigward l-ispazju fil-Qorti, il-parir li ngħata l-Gbern kien li ma’ kull Maġistrat jinħataw ieħor u li dawn jużaw l-istess awla, ovvja mhux fl-istess ħin.

Waqt li Maġistrat ikun qed jaħdem biex jagħtin sentenza, li ħafna minn dan ix-xogħol isir ukoll mid-dar, għall-kwiet, biex il-ġudikant ikun jista’ jikkonċenta aktar, l-Maġistrat l-ieħor ikun qedd jaħdem fl-istess awla, allura s-seduti jsiru aktar frekwenti.

Salarji u allowances għall-membri tal-ġudikatura

Is-salarji u allowances għall-membri tal-ġudikatura u t-timiijiet tagħhom jiswew €10.5 miljun fis-sena, iżda minkejja li l-investiment li l-Gvern qed jgħid li qed isir, anke jekk lanqas photcopier tal-kulur ma’ hemm, is-sistema tal-Qrati ta’ Malta, hija waħda mill-aktar arkajka u l-aktar dgġajfa tal-UE, u għadha mwaħħla f’dewmien, b’kawżi li donnhom ma jispiċċaw qatt.

Kif ingħad fil-Parlament, kull Imħallef li jippresiedi l-Qrati Superjuri u t-tim tagħhom jiswew lill-istat b’kollox qrib il-€250,000 fis-sena. Minbarra l-pakkett finanzjarju ta’ €105,000 fis-sena tal-Imħallfin, l-istaff tagħhom – inklużi messaġġiera, xufiera, avukati u skrivani – jammontaw għal nefqa ta’ €136,000 għal kull Imħallef. Dawn l-ispejjeż jeskludu spejjeż oħra bħal sahra u l-kiri ta’ vetturi.

Il-Maġistrati, li jippresiedu l-Qrati Inferjuri u għandhom sensiela ta’ dmirijiet oħra, fosthom inkjesti maġisterjali, bit-timijiet tagħhom jiswew inqas, madwar €180,00 kull wieħed. Filwaqt li l-Maġistrati stess jaqilghu €95,000 fis-sena f’salarji u allowances, l-ispejjeż tat-timnijiet tagħhom – deputati, assitenti ġudizzjarju part-time, deputat reġistratur, skrivan tal-Qorti, messaġġiera u xufiera, dawn jammontaw għal madwar €85,000 għal kull Maġistrat fis-sena.

B’kollox, Malta għandha 27n Imħallef u 25 Maġistrat, li jiswew lill-istat aktar minn €10.5 miljun fis-sena. Il-Ġudikatura, inkluż il-Prim Imħallef, ilha s-snin tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar riżorsi. Dan jinkludu l-ħtieġa ta’ aktar Imħallfin u Maġistrati, iżda kull darba li jiżdiedu n-numri, ma jkun reġistrat l-ebda progrress reali, u jibqa’ l-backlog tal-kawżi pendenti, u dan għaliex minkejja ż-żieda, biex jaħdmu m’għandhomx, u minkejja li l-Prim Ministru Robert Abela qal li ngħataw l-għodda kollha, l-aktar għodda mportatni, dik tar-riżors uman ma teżistix.

LKull min huwa midħla tal-Qorti, ma tiġix ġurnata li ma jismax il-kliem; “dak id-deputat, dik id-deputata taw in-notice, għax sabu mpieg ieħor b’salarju aħjar. Riċenti, deputata ta’ esperjenza kbira marret taħdem mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, ovvja għax il-paga hija attraenti, u bħala hemm aktar.

Ir-remunerazzjoni finanzjarja mogħtija lill-membri tal-Ġudikatura żdiedet b’mod sinifikanti matul l-aħħar snin biex tattira l-imħuħ legali lejn il-Bank tal-Ġudikatura. Iżda s-sitwazzjoni fil-Qrati, kompliet tiddeterjora, u dan mhux tort tal-ġudikatura. Il-biċċa l-kbira tal-kawżi fil-Qorti normalment jinstemgħu filgħodu, iżda ħafna mill-ġudikanti saru jibqgħu għaddejjin sa tard wara nofs inhar, u m’għadhom bħal qabel, jingħalqu kważi għal kollox kuljum wara s-2pm. Ħafna mill-membri ta’ ġudikatura jibqgħu għaddejjin ukoll bix-xogħol id-dar.

Taħriġ għall-ħaddiema u salarjii aħjar biex iħajru n-nies japplikaw u mhux jitilqu

Proposti oġra huma li hemm il-bżonn biex isir taħriġ għall-ħaddiema fil-Qorti, sġpeċjalment lid-deputati lu huma l-id il-leminija tal-ġudikanti. Dan ix-xogħol huwa wieħed delikat ħafna, u jeħtieġ nies ta’ esperjenza kbira. Taħriġ ukoll għandu jsir lil dawn li jixtiequ jagħmlu karriera l-Qorti fejn fl-aħħar snin, aktar qed jingħata mportanza d-dħul ta’ ħaddiema bħal messaġġiera, skrivani u security, li verament huma bżonnjużi, imma f’dawn il-gradi jidher li hemm biżżejjed, filwaqt li fi grad ta’ skrivani qed jidħlu anke persuni li lanqas għandhom ċertifikat wieħed fil-livell ordinarju.

Il-problemi ma jeżistux biss Malta, imma anke fil-Qorti ta’ Għawdex, jekk mhux aktar ukoll. L-ambjent mhux biss huwa degradanti, imma diżastruż. Bħal Malta s-sistema tal-internat hija problematika filwaqrt li l-ispazju, ma hemm imkien, la għall-ħaddiema, avukati u membri tal-pubbliku.

Fis-sajf li għadda grupp ta’ 20 avukat li normalment jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex kienu iddkjaraw li minħabba nuqqas ta’ management u nuqqas ta’ impjegati u assenza ta’ Marixalli tal-Qorti, am attendewx għas-seduti fil-Qorti ta’ Għawdex. Dawn qalu li t-traskrizzjonijiet ma kienux qed isiru fil-ħin u lanqas mhu aċċettabli li jsiru minn avukati li jidhru quddiem l-istress qorti.

Proċessi u dokumenti kienu qed jintilfu u mhux qed ikunu traċċati mis-sistema tal-Lecam (sistema kompjuterizzata tal-Qorti). Xejn ma kien qed jiġi skennjat u għadd ta’ problemi oħra. L-Avukat kienu qalu li jeżistu nuqqasijiet serji wkoll fil-kommunikazzjoni bl-internat tant illu l-website tal-Qorti mhux aċċessibbli mis-sistema tal-Qorti stess.