Il-kampjonati Ewropej tal-Pool kellhom bidu sodisfaċenti għat-timijiet Maltin li jiksbu numru ta’ rebħiet konvicenti. It-tim Malti A tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet identiċi ta’ 8-7 kontra l-Irlanda u Franza filwaqt li t-tim Malti B rebaħ lil Wales 8-7 filwaqt li safa megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq 9-6. It-tim Malta C kiseb żewġ rebħiet kbar kontra Ċipru 12-3 u kontra l-Portugall C 13-2.
It-tim Malti femminili kellu prestazzjoni tajba kontra Wales fejn ħareġ tellief bl-iskor ta’ 5-10. Iż-żgħażagħ Maltin ta’ taħt-il 21 sena lagħbu kontra xulxin bit-tim A joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 8-1.
F’logħbiet oħra, ż-zgħazagħ Maltin ta’ taħt il-21 sena kellhom prestazzjonijiet sodisfaċenti fejn it-tim A għeleb lill-Irlanda A 5-4 filwaqt li t-tim B kiseb rebħa kbira ta’ 7-2 fuq it-tim Belġjan.
It-timijiet tal-Over 50’s kisbu żewg rebħiet konvinċenti, bit-tim A jegħleb lill-Irlanda 10-5 filwaqt li bl-istess skor it-tim B għeleb lil Skozzja B. Rebħa oħra sodisfaċenti ġiet reġistrata mit-tim tal-Over 60’s li għeleb lil Wales bl-iskor ta’ 7-2.
//= $special ?>