Fil-parti t’isfel tal-kampjonat, Cremonese kisbu punt prezzjuż kontra Torino hekk kif għadhom bit-tama li jevitaw ir-relegazzjoni.
Kienu Torino li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima permezz ta’ Antonio Sanabria li xeħet ġewwa minn penalty li wasal minn foul fuq Ilic kommess minn Sernicola.
Cremonese kisbu d-draw fil-54 minuta meta Frank Tsadjout għeleb lil Milinkovic-Savic b’xutt kalm fir-rokna t’isfel tal-lemin minn pass ta’ Ballardini.
Cremonese marru fil-vantaġġ fl-74 minuta meta Emmanuele Valeri sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu mix-xellug li għeleb għal kollox lil Milinkovic Savic.
Torino għamluha 2-2 ftit minuti wara hekk kif Stephane Singo għeleb lil Carnesecchi minn pass preċiż ta’ Miranchuk.
Wara 23 partita mill-kampjonat Taljan Serie A, Napoli komplew il-mixja tagħhom sabiex jirbħu t-tielet titlu tagħhom b’rebħa missielta barra minn darhom kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 2-0. Gli Azzuri jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’ 62 punt, waqt li Inter baqgħu fit-tieni post b’47 punt wara rebħa meritata kontra Udinese bl-iskor ta’ 3-1.
Roma jinsabu fit-tielet post wara rebħa minima kontra Hellas Verona bil-gowl tar-rebħa jasal mill-akwist il-ġdid ta’ Roma Ola Solbakken li skurja l-ewwel gowl tiegħu mal-Giallorossi.
//= $special ?>