Raġel mill-Belt inżamm arrestat, wara li ġie akkużat li seraq BMW użata mit-tfajla tiegħu u li għamel użu ħażin ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni elettronika, waqt li kien barra fuq il-libertà proviżorja talli allegatament kellu każ ta’ estorsjoni sesswali fuq is-sieħeb preċedenti tiegħu.
L-Ispettur Keith Xerri ressaq il-Qorti lil Simon Leyton Rachid ta’ 22 sena quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, u akkużah bis-serq aggravat tal-karozza u tal-mowbajl tal-mara. Rachid, li qal lill-Qorti li bħalissa jinsab bla xogħol iżda “kien kien xufier tat-taxi”, ġie mixli wkoll li hedded lill-mara, uża ħażin tagħmir ta’ komunikazzjoni elettronika, kiser il-paċi pubblika u tliet settijiet separati ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ.
F’wieħed mill-każijiet li Rachid kien ilu fuq pleġġ, hu u erba’ oħrajn huma akkużati li ħarġu ħlasijiet mensili mingħand raġel li miegħu Rashid kellu laqgħat sesswali frekwenti, li bdew fl-2018 meta kellu 17-il sena u u fl-2021. Fil-Qorti ngħad kif sid il-BMW kien irrapporta l-karozza tiegħu bħala misruqa minn San Ġiljan.
Huwa kien spjega li l-eks ħabiba tal-akkużat kienet qed tuża l-karozza dak il-ħin. Meta tkellmet mill-Pulizija, il-mara spjegat li s-sieħeb tagħha dak iż-żmien aktarx kien hu li ħadilha wara li kellhom xi jgħidu. Il-karozza aktar tard inlemħet mill-Pulizija, ftit sigħat wara li r-rapport kien ġie ppreżentat, huwa qal.
L-avukat difensur ta’ Rachid, l-avukat George Anton Buttigeg ikkontesta l-validità tal-arrest, u sostna li l-mara kienet il-veru sid tal-karozza u kienet tatu permess jużaha dakinhar. Il-vettura kienet tagħha, iżda għal xi raġuni kienet irreġistrata f’isem il-persuna li ressqet ir-rapport, qal l-avukat.
Staqsa jekk hux tajjeb li Rachid jiġi akkużat b’serq “minħabba nuqqas ta’ qbil bejn żewġ persuni oħra”, u argumenta li r-reat ta’ serq ma kienx għadu jgħodd u li l-arrest ma kienx ġustifikat. Meta wieġeb lill-avukat, l-Ispettur Xerri qal lill-Qorti li l-Pulizija kienet fil-pussess ta’ screenshots ta’ konversazzjonijiet fejn il-mara kienet talbet lill-akkużat biex jirritorna lilha l-karozza.
Rachid kien ukoll barra minn daru wara curfew li kien impost bħala parti mill-kundizzjonijiet l-oħra tiegħu ta’ pleġġ, huwa qal. Il-Maġistrat irrimarkat li l-akkużi kienu wkoll relatati mas-serq tal-iPhone tal-mara u l-użu ħażin ta’ tagħmir tat-telekomunikazzjoni. Il-qorti kienet qalilha wkoll mill-Ispettur li Rachid kien bagħat messaġġi lill-mara, u heddidha li joqtolha jekk “tħarbatlu l-libertà proviżorja.”
L-Avukat Buttigieg irribatta li s’issa ma kien hemm l-ebda prova esibita biex issostni din it-talba. Il-Qorti hawn qalet li d-difi’a ma tistax tistenna lill-Qorti toqgħod mal-argumenti tad-difiża. “Irrid nittrattakom it-tnejn l-istess,” hija qalet. L-avukat sostna wkoll li hekk kif l-Ispettur kien ikkonferma li l-mowbajl u l-vettura minn dak iż-żmien kienu rritornati lill-mara, kieku kien hemm permess, allura dan huwa stat ta’ fatt. Ma kien hemm ebda raġuni biex jiġi arrestat.
L-Ispettur ikkonferma li l-Pulizija taw l-oġġetti misruqa lura lill-mara. Il-Qorti, wara li semgħet l-argumenti miż-żewġ naħat, iddikjarat l-arrest bħala validu, wara li osservat li l-kontestazzjoni tad-difiża tal-arrest tittratta aktar il-merti tal-każ, milli kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-validità jew le tal-arrest.
L-imputat wieġeb mhux ħati u hawn l-Avukat Buttigieg talab li l-klijent tiegħu jingħata l-ħelsien mill-arrest. L-Ispettur Xerri oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel, għar-raġuni li l-imputat kien diġà ngħata l-libertà proviżorja għal aktar minn okkażjoni waħda, iżda xorta kien kiser il-curfew tiegħu u naqas milli jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija.
Minbarra dan kien għad iridu jixhdu xhieda ċivili, waħda minnhom kienet il-mara li kienet it-tfajla tiegħu sa l=Ħadd li għadd. L-akkużat diġà kellu “tnejn jew tlieta” kundanni preċedenti, minkejja l-età żgħira tiegħu, żied l-Ispettur, filwaqt li semma wkoll ir-riskju li r-raġel jista’ jindaħal max-xhieda jew ibagħbas l-evidenza.
Id-difiża sostniet li tkun akkużata waqt li tkun qed tiffirma l-Għassa tal-Pulizija fuq każ ieħor wara li tkun ksibt il-pleġġ ma tagħmilx awtomatikament persuna ineliġibbli għal libertà. Filwaqt li semma’ l-każ Maximilian Ciantar, u huwa qal li l-Qorti kienet iddeċidiet li l-obbligu primarju ta’ persuna fuq libertà proviżorja huwa li tidher għas-seduti tal-Qorti.
Ir-rekord kriminali tar-raġel kien rilevanti biss għall-kalibrazzjoni tal-piena, mhux jekk għandhiex tingħata l-libertà proviżorja, żied jgħid l-Avukat. Filwaqt li enfasizza l-fatt li r-raġel kien qed jiġi akkużat mill-Pulizija tad-distrett ta’ San Ġiljan u mhux mid-Domestic Violence Unit, l-avukat sostna li “m’għandniex nużaw il-vjolenza domestika biex l-affarijiet jidhru agħar milli hu, meta l-każ ma jittrattax. bi vjolenza domestika.”
Il-Qorti iżda rrimarkat li waħda mill-akkużi kienet relatata ma’ theddid kontra s-sieħba ta’ dak iż-żmien tal-akkużat. It-talba għal libertà proviżorja ta’ Rachid ġiet miċħuda u nżamm arrestat. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni ta’ sentejn favur l-eks sieħba tal-akkużat.
//= $special ?>

