Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ttajjar f’parkeġġ il-Mosta

Anzjan ta’ 88 sena weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’parkeġġ il-Mosta.

L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar f’parkeġġ fi Triq Valletta, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 88 sena residenti Birkirkara, intlaqat minn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara, li f’dak il-ħin kienet qiegħda tirriversja.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.