Mara residenti San Pawl il-Baħar ġie ikkundannata erba’ snin u erba’ xhur ħabs wara li nstabet ħatja li attakkat lill-ġara tagħha b’martell. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Novembru tal-2018 fi Triq iċ-Ċern, San Pawl il-Baħar. Charlene Gatt ta’ 37 sena nstabet ħatja li kkaġunat ġrieħi gravi fuq il-vittma u li wettqet dan ir-reat għall-ħabta tas-1.40pm.Irriżulta wkoll li tliet ġimgħat qabel l-inċident Gatt kienet kissret il-windscreen tal-karozza ta’ l-istess vittma.
Meta l-Pulizija marru fuq il-post, sabu vettura ipparkjata li fiha kien hemm Michelle Agius li kellha wiċċha kollu demm kif ukoll il-pala ta’ idejha bid-demm ukoll. Fir-rigward tal-piena, il-Qorti ħadet in konsiderazzjoni il-fedina penali aggornata raffrettarja tal-imputata fejn hi għandha 20 kundanna mill-Qrati.
Dawn huma kwazi kollha relatati ma’ tlajjar ghal skopijiet ta’ prostituzzjoni, kundanna ghal frodi u diversi kundanni ghal ksur ta’ ordnijiet ta’ probation u ksur ta’ digrieti tal-helsien mill-arrest. Tlieta minn dawn il-kundanni huma dwar reati kommessi matul dawn il-proċeduri.
Il-kumpilazzjoni nstemgħet mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fejn mill-provi ħareġ li l-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra irceviet telefonata li kien hemm ġlieda. Meta l-Pulizija marru fuq il-post, sabu vettura ipparkjata li fiha kien hemm ċerta Michelle Agius li kellha wiċċha kollu demm kif ukoll il-pala ta’ idejha bid-demm ukoll.
Michelle Agius qalet lill-Pulizija li kienet ġejja bit-tifel mill-iskola, u meta kienet qed tipparkja ħarġet Charlene Gatt – li kienet ġara tagħha b’martell f’idejha, li fethet il-bieba ta’ wara u ppruvat tħebb għat-tifel tagħha ta’ sitt snin. Agius qalet li hi irnexxielha tagħlaq il-bieba, pero, mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn, Charlene Gatt qabdet ittiha bil-martell sew fuq dahra u kienet tata xi daqqa ġo wiċċa kif ukoll gidmitha.
B’xi mod Agius qalet li irnexxielha tieħu il-martell minn idejn Gatt u għaddiet il-martell lill-Pulizija. Dan kien martell tal-metal li jintuza fil-kċina għal-laħam. Il-Pulizija kienu raw lil Charlene Gatt fil-gallarija ta’ residenza fl-istess triq. Hija ġiet arrestata u ittieħdet l-Għassa tal-Pulizija. Agius giet ċertifikata minn tabiba li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Konsegwentement ittieħdu il-proċeduri kontra l-imputata.
Michelle Agius fix-xhieda tagħha fil-Qorti, kkonfermat kif kienet marret tiġbor lit-tfal taghha mill-iskola u kienet qed tipparkja fit-triq tar-residenza tagħha. Waqt li hija kienet bil-qiegħda fil-vettura tagħha flimkien ma’ binha ta’ sitt snin u iehor ta’ hames snin, hija innutat il-bieba tal-vettura tagħha tinfetaħ u xi ħadd jipprova jaħtifilha t-tifel tagħha.
Bdiet issawatha
Kif Agius marret sabiex iżżomm lit-tifel tagħha, hija spjegat li setgħet tara lill-imputata b’martell f’idejha. Kien dak il-hin li hi sofriet diversi daqqiet bil-martell f’partijiet differenti ta’ ġisimha, kif ukoll gidmitha, ġibditilha xaharha u beżqitilha ġo wiċċha.
Agius xehdet li meta staqsiet lill-imputata għalfejn qed tagħmilha hekk din wiġbitha “Hekk irrid għax int tiehu pjaċir bid-deni ta’ ħaddiehor.” Agius qalet li hi qatt ma tat fastidju lill-imputata, anzi allegat li kienet l-imputata li xi xahar qabel kissritilha l-karozza għalxejn. Agius qalet li għalkemm kienet għamlet rapport lill-Pulizija dwar dan l-inċident, ma kinietx ħadet passi kriminali jew ċivili kontra l-imputata.
Fl-istqarrija tagħha Gatt għażlet li ma twieġeb għall-ebda domanda, kif kellha d-dritt li tagħmel. Għalkemm f’dawn il-proċeduri hija ingħatat diversi opportunitajiet sabiex tressaq il-provi tagħha, hija naqset li tagħmel dan, tant li fis-seduta tat-3 ta’ Novembru 2021, il-Qorti iddikjarat il-provi tad-difiża magħluqa.
Il-Qorti qalet li ma għandha l-ebda raġuni għalfejn tiddubita mill-veraċità tax-xhieda ta’ Agius, u tal-verżjoni tal-fatti mogħtija minnha. Mir-rapport u x-xhieda tat-tabiba Michela Manfrè jirriżulta li dak in-nhar tal-inċident, Agius sofriet minn feriti bejn wiċċha u mad-dawra ta’ għajnejha tax-xellug, li wkoll kien ferita ta’ natura gravi hekk kif iċċertifikat it-tabiba.
Dr Mario Scerri, l-espert mediko-legali maħtur mill-Qorti, eżamina lil Agius fil-11 ta’ Dicembru 2018. Huwa ikkonkluda li t-tbengila deskritta taħt l-ghajn ix-xellugija kienet riżultat ta’ ‘blunt traum’, kellha kulur jaghti fil-kannella u baqghet tidher sal-11 ta’ Dicembru 2018.
Din il-leżjoni hija ta’ natura hafifa. Illi l-abrazjoni deskritta fuq il-pala tal-id il-leminija kellha qoxra xotta li kienet distakkata u din kienet rizultat ukoll ta’ ‘blunt trauma’ u suppost din il-leżjoni m’għandhiex tibqa’ tidher permanentement fuq il-pala tal-id. Fix-xhieda tiegħu Dr Mario Scerri qal ukoll li l-leżjoni li Agius kellha fuq wiċċha mhux suppost tħalli marka permanenti fil-wiċċ.
Il-Qorti sabet ukoll ħatja lil Gatt talli fl-istess ċirkustanzi nġurjat lil Michelle Agius, li kisret volontarjament il-buon ordni jew il-kwiet pubbliku. li fl-istess ċirkustanzi qabdet arma li kien martell kontra Michelle Agius, li kisret il-l-ordnijiet tal-Qorti u talli irrendiet ruħha reċidiva.
Il-Qorti qalet li l-imputata ingħatat diversi opportunitajiet mill-Qrati fosthom libertà kondizzjonata sitt darbiet, tlett ordnijiet ta’ probation u żewġ sentenzi sospiżi. Pero jidher li ma għarfitx tużufruwixxi ruħha mill-opportunijiet mogħtija lilha sabiex tirriforma ruhha, u baqgħet tostina rasha li tibqa’ mixja fit-triq tal-kriminalità. Dan jirrizulta wkoll mill-attitudni taghha biex tirrabilita lilha infisha f’dawn il-proċeduri.
Dak in-nhar li tresqet il-Qorti taħt arrest, kienet poġġiet lill-imputata taħt ordni ta’ superviżjoni temporanja. Fis-seduta tal-20 ta’ Frar 2019 kienet dehret l-Uffiċjal tal-Probation Joanna Farrugia li nfurmat lill-Qorti li meta fit-23 ta’ Jannar 2019 hija marret fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex issegwi lill-imputata, din ma ikkoperatx.
Hija tinsab tiskonta piena ta’ priġunerija effettiva wara kundanna oħra. Dan huwa kaz ta’ vjolenza fiżika fuq persuna privata, fejn gew kaġunati feriti ta’ natura gravi. Dan l-att ta’ vjolenza sehh minghajr lanqas ma kien hemm l-iċken provokazzjoni. Dwar dan il-każ il-Qorti kkundannat lil Gatt erba’ snin ħabs u erba’ xhur oħra fuq ksur ta’ ordni ta’ probation. L-Ispettur Godwin Scerri mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>