Għaddejja tfittxija għal raġel wara li seraq minn ħanut f’Birkirkara.
Is-serqa seħħet it-Tnejn għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħaxija hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq Ġużè Orlando, Birkirkara.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier li huwa raġel ta’ 31 sena residenti Ħ’Attard.
Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’ filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>