Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jinjora l-appelli tas-soċjetà, l-appell saħansitra ta’ omm żagħżugħ li tilef ħajtu traġikament taħt it-tiġrif ta’ erba’ sulari bini li kien qiegħed jinbena f’Kordin.
Is-soċjeta għandha bżonn sinjar ċar li ma jistax ikun li xi ħaġa serja u traġika bħal din tibqa’ għaddejja qisu xejn m’hu xejn.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech b’rabta mat-traġedja li ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia ta’ 20 sena lura f’Diċembru .
Dan hekk kif huwa ħabbar li bħala Oppożizzjoni se jkunu qed iressqu mozzjoni fil-Parlament li titlob li ssir inkjesta pubblika Indipendenti sabiex fatt traġiku bħal dan ma jerġax iseħħ.
It-Tlieta waranofsinhar Net News staqsa lill-Ministru responsabbli għall-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi jaqbilx li tinfetaħ Inkjesta Pubblika Indipendenti iżda għal xi raġuni huwa ħarab milli jwieġeb b’mod ċar u tond u saħaq li preżentament għaddejja Inkjesta Maġisterjali.
Ġurnalisti preżenti komplew jinsistu jistaqsu lill-Ministru Zrinzo Azzopardi biex ikun ċar u jgħid lil dawk li eleġġewh jekk hux se jkun qed jivvota favur jew le bil-għan li toħroġ il-verita fl-intier tagħha..iżda xorta waħda għażel li ma jkunx ċar.
Għal aktar minn xahrejn għadu ma ġie arrestat ħadd b’rabta ma’ dan il-każ, xahrejn mingħajr tweġibiet ta’ x’wassal għat-tiġrif ta’ dan il-bini li ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ, xahrejn fejn min huwa responsabbli għal dak li seħħ seta’ faċilment ħarab.
Net News għal darb’oħra staqsa lill-Ministru u Membru tal-Kabinett ta’ Abela biex ikun ċar…iżda hu għat-tielet darba għażel li ma jweġibx.
//= $special ?>