Lokali

Il-PN b’mozzjoni fil-Parlament li titlob biex issir Inkjesta Pubblika Indipendenti dwar il-mewta ta’ Jean Paul Sofia

“Is-soċjetà għandha bżonn sinjal ċar li ma jistax ikun li xi ħaġa serja u traġika bħal din tibqa’ għaddejja qisu xejn m’hu xejn”.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech b’rabta mat-traġedja li ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħ ta’ 20 sena Jean Paul Sofia meta lura f’Diċembru tilef ħajtu taħt il-binja li kienet għadha taħt kostruzzjoni f’Kordin.

Bernard Grech insista li l-Prim Ministru Robert Abela għadu jistina rasu billi ma jridx iwettaq Inkjesta Pubblika dwar il-mewta taż-żagħżugħ – fejn saħansitra l-appell ta’ omm il-vittma qiegħed jinjora.

Għaldaqstant Bernard Grech ħabbar li bħala Oppożizzjoni se jkunu qed iressqu mozzjoni fil-Parlament li titlob li ssir Inkjesta Pubblika Indipendenti sabiex ikun stabbilit min hu responsabbali għal dak li ġara bil-għan li traġedja bħal din ma terġax isseħħ.