Lokali

AĠĠORNATA: Karozza tieħu n-nar f’garaxx f’Birkirkara

Ftit tal-ħin ilu Net News ġie nfurmat li karozza ħadet in-nar f’garaxx f’Triq Dun Cortis Birkirkara.

Għadu mhux magħruf x’wassal biex din il-karozza ħadet in-nar.

Kelliem għall-Pulizija qal li bħalissa għadha għaddejja operazzjoni sabiex jintefa n-nar filwaqt li ħadd ma weġġa’ kaġun ta’ dan in-nirien.