Lokali

Marsaskala u r-Rabat Għawdex bl-akbar ammont ta’ bini ġdid fl-aħħar kwart tal-2022

Tissokta l-kostruzzjoni ta’ bini u residenzi ġodda hekk ukoll il-permessi.

Dan hekk kif fl-aħħar 3 xhur tal-2022 f’Malta ġew approvati 2,064 residenzi ġodda – żieda ta’ aktar minn 33% meta ċ-ċifri ġew mqabbla mal-istess perjodu tas-sena preċedenti.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wrew li bejn Ottubru u Diċembru tal-2022 ġew approvati 357 permess ta’ bini ġdid – bl-approvazzjonijiet ta’ bini ġdid f’Għawdex jiżdied għal aktar minn 26%.

Fil-maġġoranza ta’ dawn il-permessi kienu appartamenti li ammontaw għal ftit inqas minn 69% filwaqt li l-aktar lokalità li rat żieda ta’ residenzi ġodda kien Marsaskala – b’203, segwit mir-Rabat, Għawdex b’188, San Pawl il-Baħar b’185 u Marsaxlokk b’132.

Fir-raba kwart tas-sena l-penthouses żdiedu b’aktar minn 39% meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena preċedenti..segwiti mill-appartamenti b’aktar minn 34% u Maisonettes b’inqas minn 31%.