Lokali Qorti

Pollakk mixli fuq tliet kilos eroina misjuba fil-bagoll tiegħu

L-abbilitá tal-ħaddiema tal-ajruport wasslet għall-arrest ta’ courier tad-droga li m’għandux impieg u li allegatament kellu kważi tliet kilos ta’ droga eroina fil-bagoll tiegħu. Marcin Bieszczad ta’ 45 sena mill-Polonja ġie arrestat fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta, nhar il-Ħadd, 19 ta’ Frar.

L-imġiba nervuża tiegħu għorkot għajnejn ta’ l-istaff tal-ajruport, li wara innotaw li r-raġel kien qed iġorr tip ta’ bagalja li kienet tidher f’operazzjonijiet preċedenti ta’ kuntrabandu tad-droga. Huwa ġie arrestat wara li kelb tax-xamm tal-Pulizija indika lil min kien qed jieħu ħsiebu li kien hemm droga fil-bagalja tar-raġel.

Ftit inqas minn tliet kilogrammi ta’ eroina ġew skoperti fil-qiegħ falz tal-bagoll li kien qed iġorr. L-Ispettur Jonathan Pace akkuża lil Bieszczad li importa eroina, ipprovda jew iqassam id-droga u li kellu fil-pussess tagħha f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx maħsuba għall-użu personali tiegħu.

L-avukat difensur Sue Mercieca ddikjarat li l-akkużat kien qed iwieġeb mhux ħati. Il-libertà proviżorja ma ġietx mitluba. Minn naħa tagħha l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li r-raġel jinżamm arrestat, u imponiet ukoll ordni ta’ ffriżar fuq l-assi tiegħu.