F’partita mill-fażi tal-aħħar sittax Real Madrid umiljaw lil Liverpool f’Anfiled meta għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2. Kienu Liverpool li marru żewġ gowl vantaġġ, b’Darwin Nunez jiftaħ l-iskor fir-raba’ minuta, qabel Mohammed Salah irdoppja fl-14-il minuta. Minkejja dan fil-21 minuta Vinicius Jr naqqas id-distakk qabel fis-36 minuta reġa’ kien il-Brażiljan li ġab l-iskr ndaqs, wara li approfitta minn żball ta’ Alisson Becker.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Real Madrid marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Luka Modric kien Eder Militao li bir-ras mill-viċin ma żbaljax. Real Madrid skorjaw ir-raba’ gowl fis-56 minuta fuq pass ta’ Rodrygo. Biex għaxar minuti wara minn kontrattakk veloċi reġa’ kien Karim Bezema li bil-kalma kollha xeħet fix-xibka għal 5-2.
Fil-partita l-oħra Napoli għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 2-0, b’Eintracht Frankfur jilgħabu l-aħħar nofs siegħa bi plejer anqas. Napoli setgħu marru fil-vantaġġ fis-36 minuta meta mill-ħdax-il metru Khvicha Kvaratskhelia ra l-penalty tiegħu salvat minn Kevin Trapp.
Biex erba’ minuti wara huma fetħu l-iskor meta Hirving Lozano żmarka lil Victor Osimhen li mill-viċin ma żbaljax għal 1-0. Fit-58 minuta it-tim Ġermaniż spiċċa jilgħab b’għaxar plejers meta tkeċċa għalihom Randal Kolo Muani. Biex fil-65 minuta huma għalqu l-partita meta Khvicha Kvaratskhelia għadda lejn Giovanni Di Lorenzo li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Fażi tal-aħħar sittax
Illum: E.Frankfurt v Napoli, Liverpool v R. Madrid 2-5
Għada: Inter v Porto 9.00pm, RB Leipzig v Man City 9.00pm