‘Kienet battalja iebsa ħafna’
- Joseph Mbong, Ħamrun S. FC
‘Kienet logħba nieqsa mill-opportunitajiet ta’ skor iżda ż-żewġ timijiet taw il-massimu tagħhom’ Kliem il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Joseph Mbong. Huwa kompla hekk. ‘ Kienet battalja iebsa ħafna. Birkirkara huwa tim tajjeb fejn fiż-żewġ logħbiet li lagħbna dan l-istaġun spiċċajna fi draw. Issa rridu nħarsu lejn il-logħba ta’ nhar is-Sibt fejn hemm irid ikun hemm rebbieħ żgur peress li hija logħba tat-Trophy. Nemmen li għanda tkun logħba sabiħa’
‘Inħarsu b’ottimiżmu għal-logħba tat-Trophy’
- Paul Mbong, B’Kara FC
‘Ksibna punt importanti kontra l-leaders tal-Kampjonat’. Hekk ikkummenta Paul Mbong, il-player ta’ Birkirkara wara d-draw kontra Ħamrun Spartans. ‘Tajna dak kollu li stajna fejn konna konxji mill-qawwa tal-avversarji tagħna. Iżda aħna nemmnu wkoll fil-kapaċitajiet tagħna u b’hekk qed inħarsu b’ottimiżmu lejn il-partita ta’ nhar is-Sibt li ġej tat-Trophy. Ħa tkun logħba missielta oħra u minn qalbi awguri liż-żewġ timijiet għal partita mill-aqwa li tpaxxi lill-partitarji’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 20 | 53 |
| Gżira United | 20 | 42 |
| Birkirkara | 20 | 39 |
| Mosta | 20 | 36 |
| Balzan | 20 | 36 |
| Hibernians | 20 | 36 |
| Gudja United | 20 | 28 |
| Floriana | 20 | 27 |
| Valletta | 20 | 26 |
| Marsaxlokk | 20 | 20 |
| Sirens | 20 | 19 |
| Żebbuġ Rangers | 20 | 14 |
| Santa Lucia | 20 | 8 |
| Pietà Hotspurs | 20 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 16 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 12 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 12 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 11 |
| Angel Torres (Balzan) | 11 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 10 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Jake Grech (Hibernians) | 8 |
LOGĦOB LI JMISS
IZIBET FA TROPHY
Is-Sibt 25 ta’ Frar, 2023
Centenary Stadium
2.00pm Gżira Utd. – Gudja Utd.
Stadium Nazzjonali
4.00pm Birkirkara – Ħamrun S.
Il-Ħadd 26 ta’ Frar, 2023
Centenary Stadium
2.00pm Mosta – San Ġwann
Stadium Nazzjonali
4.00pm Hibernians – M’Xlokk
//= $special ?>

