L-Erbgħa filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ n-nofstanhar ta’ filghodu fil-lokalità ta’ tal-Imsida, fejn hemmhekk kellu l-opportunita jiltaqa’ ma’ bosta residenti ta’ din il-lokalità, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiltaqa’ ukoll ma’ diversi sidien u ħaddiema ta’ ħwienet.
Hawnhekk, hu seta’ jifhem aħjar il-ħtiġijiet tagħhom u l-isfidi li qegħdin isibu ma’ wiċċhom ta’ kuljum, fejn fost oħrajn spikkat il-problema u l-effett li qed tħalli fuqhom l-għoli tal-ħajja.
Il-problema tal-għoli tal-ħajja ma’ kull ġurnata li tgħaddi dejjem qiegħdha tibker .. u saħansittra diversi ħaddiema Maltin kif ukoll barrani qegħdin isibuha diffiċli ferm sabiex iwasslu sal-aħħar tax-xahar.
Meta tkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, is-sidien, il-ħaddiema tal-ħwienet u r-residenti esprimew id-diżappunt tagħhom għall-proġett li sar fix-xatt tal-Imsida li ġie inawgurat fl-ewwel xahar tas-sena iżda kien għadu nofs leħja. Dan minħabba li x-xogħol fix-xatt għadu għaddej – L-istess proġett li wara l-ewwel ftit xita spiċċa biex għereq – fl-istess ġurnata li ġie inawgurat.
Apparti dan, id-diversi familji Misidjani esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar il-proġett tal-housing li issa ilu jkarkar għal dawn l-aħħar sentejn – hekk kif inbeda fl-2020 u skont il-Ministru għall-akkomodazzjoni Socjali Roderick Galdes – kellu jitlest fis-sena 2021 – Iżda sal-lum diversi sezzjonijiet tal-proġett għadhom mimlija trab u fi stadju bikri ta’ kostruzzjoni.
Waqt din iż-żjara, kienu bosta anzjani li tkellmu ma’ Bernard Grech fejn tennew it-tħassib tagħhom dwar iż-żamma tas-sigurtà f’pajjiżna.
Il-Misidjani kellhom l-opportunita jesprimu wkoll t-tħassib taghhom dwar l-iżvilupp eċċessiv li qiegħed isir fil-lokalità, bi problemi oħra li dan qiegħed iġib miegħu, partikolarment in-nuqqas ta’ sigurtà u t-traffiku.
Ghal din iz-zjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mid-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Graham Bencini, kif ukoll minn Kunsilliera Lokali u membri tal-Kumitat Sezzjonali.
//= $special ?>