Lokali

Ċanfira lill-Gvern: “Il-pajjiż qed jonqos liċ-ċittadini tiegħu”

Shame on you.

Diżastru assolut.

Il-biki jtik tarahom f’dak l’istat u ħmieġ!.

Qatt ma rajt l-Isptar f’din is sitwazzjoni!

Dawn huma wħud mill-kummenti fuq il-midja soċjali wara li Net News ippubblika artiklu dwar is-sitwazzjoni diżastruża li jinsab fih l-Isptar Mater Dei…  li aktar kemm jgħaddi żmien, iktar qed tkompli tiggrava … bis-sitwazzjoni titfa pressjoni kbira fuq it-tobba, l-infermieri u l-staff kollu li ta’ kuljum qegħdin isibuha diffiċli ferm sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-pazjenti. U kaġun ta’ dan kollu, il-kwalita’ tal-kura qed tiġi kompromessa.

Filfatt, kienu bosta dawk illi b’canfira wara l-oħra lill-Gvern Laburista saħqu li hawn problema kbira ta’ kif qed titmexxa s-sistema tas-saħħa f’pajjiżna, għad-detriment tal-poplu Malti u tal-staff li qed jipprova jagħmel minn kollox biex ilaħħaw mal-influss qawwi ta’ pazjenti li qed jidħlu ta’ kuljum.

Mhux bilfors pajjiż mifquh bil-barranin u l-Gvern moħħu biex iġib iżjed, għax hekk ikollu ekonomija tajba. Pajjjiż ġungla ġibtuħ.

Morry MIU1 ha taraw b’għajnejkom…Allahares ikollkom l għeżież tagħkom hemm għax tal-mistħija.

Tieħu qata’ ikollok bżonn l-Isptar .. Ħaqna aħjar.

Oħrajn spjegaw li taħt tmexxija ta’ Gvern Laburista,  hemm problemi kbar fis-settur tas-saħħa. Dan għaliex, apparti li Mater Dei jinsab mimli bil-pazjenti… bl-infermiera u professjonisti tas-saħħa jinsabu imkissrin bix-xogħol enormi li waqa’ fuqhom …. għadna ammont kbir ta’ mediċini out of stock, u sadanittant, il-Gvern ta’ Robert Abela qiegħed jinjora dawn il-problemi serji li qed jikbru ma’ kull ġurnata li tgħaddi.

U St Luke’s qiegħed jiterra. Dak l-ispazju kollu moħli.

Lanqas medicini ma hemm.. Diżastru kbir.

Il-pajjiż qiegħed jonqos liċ-ċittadin tiegħu.

Imma l-Gvern korrott li għandna imliena bil-barranin. Mela l-Maltin telqu min Malta, u l baranin dieħlin.

Diversi persuni esprimew id-dispjacir u r-rabja tagħhom għal dak li għamel Gvern Laburista .. meta seraq it-tliet sptarijiet minn ħalq il-poplu Malti u tahom lill-barranin għal prezz redikolu. Uħud saħqu li din hija serqa kontinwa hekk kif dawn għadhom jingħataw il-miljuni fis-sena minn fuq dahar il-poplu. U fl-istess ħin, mhu jsir xejn, għax it-telqa fl-Isptar San Luqa għadha tirrenja. Dan filwaqt li l-appell ġenerali kien wieħed – sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet immedjatament u s-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa ma tibqax tmur mill-ħażin għal għar.. iżda titjieb sabiex il-pazjent jingħata s-servizz li ħaqqu verament.