Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian sostna fil-parlament li l-Gvern mhux jieħu l-miżuri u l-azzjonijiet neċessarji u konkreti dwar l-iżvilupp sostenibbli tant li lanqas qed jirrikonoxxi li tliet snin ilu l-parlament Malti iddikjara emerġenza tal-klima.
Fid-dibattitu parlamentari dwar ir-rapport dwar l-iżvilupp sostenibbli, Adrian Delia qal li l-gvern għandu jagħti piż lill-abbiltà tal-kredenzjali ħodor ta’ min ikun qed jagħmel l-offerti għall-proġetti.
Hu sostna li fil-prattika, fil-kuntratti pubbliċi ftit qed ikun attenzjoni għal dan il-prinċipju. Il-punt tat-tluq għandu jkun il-kumpanija u wara jkun hemm enfażi fuq il-prodott.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-ambjent fl-ippjanar u qal li fit-turiżmu dan mhux isir. Hu ppropona lit-turiżmu jkun imdawwar mal-kwalità u sostna li għandu jkun koordinazzjoni fl-entitajiet governattivi.
Adrian Delia semma’ l-obeżità u qal li din waħda mill-problemi li qed tiffaċċja l-ġeenrazzjoni ġdida u appella biex ikun hemm l-immaniġġjar biex kollox ikun maħsub sa minn meta l-persuna tkun għadha tfal.
Għandha tingħata mhux biss edukazzjoni fl-iskejjel imma nki fil-familji. L-istatistika turi li l-faqar qed jikber fost it-tfal; il-faqar mhux biss hu finanzjarju iżda wkol soċjali u psikoloġiku.
Dwar it-tibdil tal-klima, Adrian Delia qal li din teffettwa l-ekonomija u liċ-ċittadini nomrali. Malta tinsab fost l-aktar żoni effettwati mit-tibdil fil-klima, sostna Adrian Delia, li fakkar li tliet sin ilu l-parlament Malti tiddikjara emerġenza tal-klima izda f’ebda deċiżjoni fl-aħħar tliet snin ma kienx hemm kunsiderazzjoni f’dan is-sens.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm inizjattivi dwar l-enerġija alternattiva iżda dawn m’humiex biżżejjed u Malta għadha taħt l-minimu ta’ dak li suppost intlaħaq. Hu semma’ l-iskart u l-iskema BCRS u qal li r-riċiklaġġ diġà kien qed isir, iżda issa intefqu l-miljuni, kienet imposta taxxa fuq il-fliexken waqt li se jkun introdott trasport għall-anzjani biex dawn imorru jitfgħu l-fliexken fil-kaxxi. Dan se jwassal għal iktar karozzi fit-toroq, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fis-servizzi online l-pajjiż qed jerġa’ jmur lura għas-sistemi tradizzjonali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta għandha t-tieni arja mniġġza fl-Ewropa u m’hemm l-ebda pjan kif Malta se ddawwar din is-sitwazzjoni negattiva. Minkejja xi inizjattivi, it-tniġġiż mill-karozzi qed jiżdied propju għaliex qed jiżdiedu madwar 40/50 karozza kuljum.
Fl-aħħar tliet xhur ta’ konsultazzjoni se jkunu żdiedu 4,000 karozza fit-toroq Maltin, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li erba’ snin ilu l-gvern kien ħabbar investiment ta’ €700 miljun f’seba’ snin. Fir-realtà l-problema kienet se tikber fil-volum u sal-2025 il-pajjiż se jieqaf u jiġġammja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan qed jikkaġuna deterjorazzjoni fil-kwalità tal-ħajja.
//= $special ?>