Fl-aħħar sigħat kellna stqarrija ċara mill-President tal-MUMN Paul Pace fejn qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ għaddej business as usual bin-numru ta’ infermieri li hemm neqsin fl-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjonijiet fi ħdan l-Isptar Mater Dei qed imorru mill-ħażin għall-agħar bil-Union tal-Inferemiera u l-Qwiebel ħabbret numru ta’ direttivi – b’Pace jinsisti li l-Gvern qed jibqa’ jinjora l-appelli tal-infermieri.
Iżda minkejja stqarrija bħal din, il-Ministru Owen Bonnici qalilna li qed naraw id-differenza on the ground fis-settur tas-saħħa u fl-isptar Mater Dei…
Differenza on the ground tassew għax paragun ma’ żminijiet preċidenti, is-swali u l-kurituri ta’ Mater Dei jinsabu miżgħuda bil-pazjenti, fejn persuni li tkellmu ma’ Net News spjegaw li preżentament hemm diżastru sħiħ…
Net News kellu l-opportunità li jfakkar lill-Ministru Owen Bonnici u lill-Ministru Clayton Bartolo dak li qal lil Net News il-Ministru JoEtienne Abela fejn saqsa jekk hemmx formula li tkabbar l-infermiera fuq is-siġar …
B’Owen Bonnici jgħidilna l-Gvern qed jaħdem biex jattira aktar nies fil-qasam tax-xjenza… fejn filwaqt li rringrazzja lill-infermiera… ma offra ebda soluzzjonijiet tanġibbli.
Net News saqsa wkoll lill-Ministru Clayton Bartolo dwar is-sitwazzjoni dizastruza fis-settur tas-saħħa fejn spiċċa jfarfar din il-problema fuq id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne…
//= $special ?>