Fortunatament, ħadd ma’ weġġa’ wara li seħħet serqa minn ħanut f’Birkirkara. Dan il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, fi Triq Santa Liena, Birkirkara.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara. Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>