Il-parlament sellem lil John Debattista, misssier id-deputat Laburista Deo Debattista li miet ftit ilu.
F’din l-okkażjoni tkellmu l-Ispeaker Anġlu Farrugia, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-deputat Laburista Deo Debattista u għaliha attendew ukoll il-familja Debattista.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-firda hi l-aktar diffiċli f’każi ta’ mewt u sostna li kull ġurnata t-telfa terġa’ tgħixha. Hu sostna li dan hu żmien diffiċli li ma jgħaddix malajr iżda hi xi ħaġa sabieħa li l-bniedem għandu l-opportunità li jgħożż il-memorja tal-persuni li jħobbu u li ħabbewhom. Għalhekk ikun tajjeb li l-persuni li jkunu għaddejjin minn dan il-perjodu jmorru għall-konfort tal-memorji u l-eżempji sbieħ li l-familji jkunu għaddew flimkien.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan wassal biex kull ġurnata l-familji japprezzaw dejjem iktar lill-familji li jkunu mietu.
Id-deputat Laburista Deo Debattista qal li missieru kien bin il-ħaddiem u qatt ma basar li se jkun qed jingħata tislima mill-parlament. Dan minħabba li bniedem umli li jipprattika l-prinċipju li l-kliem hu iktar importanti mis-silenzju. Minkejja l-ostakoli kollha fi tfulitu kif ukoll fix-xogħol tiegħu, missieri rnexxielu jtina trobbija tajba li wasslitna biex nitgħallmu l-iskola, sostna d-deputat Laburista.
//= $special ?>