– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-parlament Malit mhux jiddiskuti biżżejjed il-faqar fil-pajjiż.
Carm Mifsud Bonnici qal li l-ġutizzja soċjali mhix fuq l-aġenda nazzjonali u jrid ikun il-pN li jitkellem dwarha billi jiddefendi lil dwk li huma l-aktar ‘l isfel fis-soċjetà. Il-PN la hu liberali u lanqas konservattiv iżda hu l-partit demokratiku kristjan li jrid itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-pajjiż inġiebu 100,000 persuna; 20% tas-soċjetà Malitja hi magħmula minn barranin li nġiebu minn barra mill-Gvern. Hawn diversi sfruttament fid-diversi setturi fosthom f’tax-xogħol u fil-krijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn huam ħaddiema li jaqilgħu pagi baxxi u sostna li dwn il-ħaddiema qed jispiċċaw iħaxxnu l-bwiet ta’ persuni li ma jafux x’inhu sewwa fil-morali.
Carm Mifsud Bonnici kompla li l-bniedem qed jaħrab mir-raġunijiet veru għaleix hawn inġustizzji soċjali kbar. Hu semma’ l-kċina fil-Belt li sservi l-ikel lil numru kbir ta’ persuni u sostna li hawn sitwazzjonijiet koroh li l-parlament mhux jiddiskuti. Hawn madwar 80,000 persuna Maltija li qed tbati mill-faqar, sostna Carm Mifsud Bonnici.
//= $special ?>