Matul l-aħħar mitt sena, il-popolazzjoni Maltija nbidlet b’mod drastiku… b’din kibret b’iżjed min-nofs biex illum il-ġurnata tlaħħaq l-519,562. Minn dawn 480,275 joqogħdu Malta filwaqt li 39,287 huma residenti Għawdxin.
L-iktar lokalità li fiha joqogħdu nies hija San Pawl il-Baħar hekk kif fl-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni ta’ din il-lokalita irdupjat biex illum tlaħħaq għal iktar minn 32,000. Bil-fattur ewlieni li kkontribwixxa għal din iż-żieda kien l-ammont ta’ barranin li jgħixu f’din il-lokalità. Isegwu, wara San Pawl il-Baħar, hemm B’Kara u l-Mosta.
Mill-banda l-oħra, il-lokalita bl-inqas li joqogħdu nies fiha hija l-Imdina segwita mill-Floriana bi ftit inqas minn 2,000 persuna. Ta’ min wieħed jinnota li l-popolazzjoni ta’ din il-lokalità naqset bi tliet darbiet fl-aħħar mitt sena.
F’Għawdex l-iktar lokalità li fiha hemm residenti hija r-Rabat li jammontaw għal 7,242, filwaqt li l-inqas hija l-Għasri li fih joqogħdu biss 518-il persuna. Intant in-numru ta’ persuni li emigraw lejn Malta żdied bi tliet darbiet matul dawn l-aħħar għaxar snin, hekk kif dawn jammontaw għal kważi 15,000. Bil-maġġoranza tal-persuni li emigraw ikunu irġiel ta’ bejn l-20 u d-39 sena.
//= $special ?>