Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Graziella Galea ippreżentat id-donazzjoni ta’ €1,500 f’isem il-Partit Nazzjonalista lill-Caritas Malta.
Din id-donazzjoni se tkun ta’ għajnuna kbira għall-Caritas li jiddependu mid-donazzjonijiet għal numru ta’ servizzi sabiex ikunu jistgħu joffru għajnuna lin-nies li jbatu minn xi vizzju.
Wara din il-preżentazzjoni id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt ħejja żjara fil-binja tal-Caritas li issa ilha tintuża għal dawn l-aħħar sentejn.
Waqt din iż-żjara d-Deputat Graziella Galea tkellmet ma’ diversi ħaddiema fi ħdan Caritas Malta li qasmu magħha kif jaħdmu u ma xiex jintaqgħu f’xogħolhom. Bosta qalu li jħossu sodisfazzjon kbir meta jaraw klijent li jkun mar għall-aħjar grazzi għal xogħolhom.



Barra minn hekk, Anthony Gatt qal li għalkemm hawn diversi ħaddiema ma Caritas Malta hawn ukoll ħafna voluntiera li jiġu jagħtu daqqa t’id sabiex l-affarijiet jimxu b’mod aktar effiċjenti.

Huwa spjega ukoll li f’din il-binja jilqgħu diversi skejjel għal diversi attivitajiet edukattivi. Anthony Gatt qal ukoll li f’din il-binja jħejju diversi attivitajiet għal gruppi differenti fosthom għal dawk in-nies li qed jieħdu l-kura għall-vizzju tal-alkoħol, nies li spiċċaw separati, nies li jbatu minn mard mentali fost affarijiet oħra.
Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ media.link communications Karl Gouder kif ukoll il-producer tal-programm Ġimgħa b’Ġimgħa Lorraine Sultana.
//= $special ?>