Lokali Parlament

L-escooters u l-bnedmin saru l-istess; ipparkjati fejn ġie ġie

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-escooters u l-bndemin saru l-istess; ipparkjati fejn ġie ġie.

Ivan Bartolo qal li fil-pajjiż mhux kolox miexi ward u żahar u sostna li l-PN sejjaħ lil min hu mwarrab u eskluż u lil min min mhux jgħix kwalità ta’ ħajja tajba. Hu sostna li hemm bnedmin imdejqa iżda hemm bdedmin li qed jgħixu ħajja tajba u jiekol bi tliet iħluq.

Ivan Bartolo qal li l-kbar faqar fil-pajjiż hu dak tal-persuni li jibqgħu jitkellmu u sostna li hu qatt ma jasal li jsemmi persuni li jgħasar lil min ikun qed jiekol bi tlett iħluq għax irid jagħmel biss it-tajjeb fis-soċjetà. Hu sostna li dan l-aħħar hekk qed jagħmel u kompla li l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali mhix biss id-donazzjonijiet fil-maratoni.

Ivan Bartolo qal li iltaqa’ ma 33 familja li huma vittma tal-ġutizzja soċjali u kompla li l-ġustizzja soċjali trid issir kelma. Hu kompla li hawn biża’ ta’ nies li ma jitkellmux minħabba inġustizzja soċjali.

Ivan Bartolo qal li l-Knisja kienet il-pijuniera tal-ġustizzja soċjali biex il-bniedem jitpoġġa fiċ-ċentru tal-politika. Bil-biżgħat tħallas bl-użura, sostna Ivan Bartolo, li appella biex ħadd ma jibqa’ fil-muta.

Ivan Bartolo qal li l-pajjiż qed juża’ lill-immigranti u jabbuża minnhom billi dawn anki jintremew fuq il-bankini. Il-ħut il-kbir qed jistana, sostan Ivan Bartolo, li qal li s-suwed qed jaħdmu biex il-kbar jistgħanew.

Hu qal li d-drittijiet tal-bniedem qed ikunu mgħakksa kull ħin.