Gowl tard fil-partita mis-sostitut Romelu Lukaku jagħti vantaġġ ta’ 1-0 għat-tieni leg lil Inter fuq Porto. F’partita veloċi, b’azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat, kienu Inter li skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa f’dan l-ewwel leg. L-iżvolta fil-partita seħħet fit-78 minuta meta Porto sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Otavio wara li ntwera t-tieni karta safra. Inter approfittaw minn dan u fis-86 minuta kien is-sositut Romelu Lukaku li wara li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-wieqfa kkonkluda mill-viċin.
Fil-partita l-oħra RB Leipzig żammew lil Manchester City fi draw ta’ 1-1. Kienu Manchester City li marru fil-vantaġġ wara 27 minuta permezz ta’ Riyad Mahrez li kkonkluda fuq pass ta’ Ikay Gundogan. Leipzig baqgħu fil-partita u ġabu d-draw fis-70 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Josko Gvardiol, biex b’hekk din il-partita għadha miftuħa għal kull riżultat.
//= $special ?>