Lokali

RANDAN: Jingħata bidu għal 40 jum ta’ talb u penitenza

Illum jingħata bidu għar-Randan Imqaddes. 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għall-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Kemm f’Ras ir-Randan kif ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira, dawk kollha li għandhom bejn it-18 u s-60 sena għandhom id-dmir li jsumu, minbarra dawk li huma skużati. Il-Knisja Kattolika theggeg anke lill-adoloxxenti sabiex jaghmlu xi forma ta’ sagrificcju.

Il-Knisja tħeġġeġ ukoll lill-Insara kollha sabiex jattendu l-Eżerċizzji Spiritwali, jaqraw il-Kelma t’Alla kif ukoll jieħdu sehem fis-sagramenti.

U f’dan il-jum, l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, iċċelebra l-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fid-9:30 ta’ filgħodu.

Fil-ġurnata tal-lum, il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied. Il-Knisja ssostni li l-Erbgħa tal-Irmied hi festa Kattolika importanti u għandha tibqa’ tkun imħarsa.