Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-Isptar wara ħabta kerha fl-Imsida

Xuffier ta’ mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenża wara ħabta kerha fl-Imsida.

Dan il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, għall-ħabta tas-6am, fi Triq il-Wied ta’ L-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris, misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti l-Qrendi u mutur Super Soco TC Max, misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Raħal il-Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lix-xufier tal-mutur u ttieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.