Lokali Qorti

Sitt xhur ħabs għal mara li attakkat lill-Pulizija waqt li kienet qed tiġi arrestata

Mara ta’ 26 sena mingħajr indirizz fiss ġie kkundannata sitt xhur ħabs mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo wara li nstabet ħatja li fit-3 ta’ Lulju li għadda attakkat, ħebbet u rreżistit żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija waqt li kienu qed jarrestawha ġewwa Ta’Xbiex,

Sonia Mahouachi intabet ħatja wkoll li naqset milli thares il- kondizzjonijiet imposti fuqha mill-Qrati Maltin. Hija ġiet mmultata wkoll 800 ewro u trid tħallas 500 ewro oħra li kienu depożitu bħala garanzija fuq każ ieħor, liema flus issa jmorru favur il- Gvern ta’ Malta. Il-Prosekuzzjonin tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.

F’Lulju tal-2019 meta kienet fi stadju avvanzat ta’ tqala hi u s-sieħeb tagħha kienu tressqu l-Qorti mixlijin b’serq li jvarjaw minn ħwejjeġ, ċilindri tal-gass u karozza. Dak inhar Sonia Mahouachi kienu wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. Sussegwentement il-mara kienet ammettiet l-akkużi u marret ukoll sitt xhur ħabs. Fuq il-każ ta’ serq-Ispettur Leeory Balzan Engerer flimkien ma’ l-Ispettur Godwin Scerri kienu mexxew il-Prosekuzzjoni.