Lokali

7 ijiem biex tmur għal Ewropa mill-fur Free Europe

Fur Free Europe hija Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li qed issejjaħ lill-UE biex tipprojbixxi l-irziezet tal-fur u l-prodotti tal-pil tal-irziezet mis-suq Ewropew.

Aktar minn 1.5 miljun ruħ minn madwar l-UE ffirmaw din il-petizzjoni li teħtieġ li tiġbor aktar minn miljun firma u limitu minimu minn 7 pajjiżi tal-UE.

Nemmnu li jkun tajjeb jekk Malta tilħaq il-limitu minimu wkoll, li huwa biss ta’ 4230 firma. S’issa 1700 persuna biss iffirmaw minn Malta. Fadal biss 7 ijiem qabel ma tagħlaq l-inizjattiva, Vuċi għallAnnimali tittama li b’imbuttatura ta’ l-aħħar minuta nilhqu l-mira ta’ 4230 firma! Ejja nuru li aħna lMaltin jimpurtana wkoll!

Il-vidjo tal-kampanja tagħna jinkludi personalitajiet differenti jingħaqdu flimkien għal kawża komuni; biex tinkiseb Ewropa ħielsa mill-pil.

Għandna lil Carina Camilleri mill-industrija tal-moda stess, lil Frank Zammit mit-tv u personalità tarradju, il-kantant Errol Sammut (Airport Impressions), Jessica Borg Ghigo vegan crossfit champion, Darryl Grima vegan u attivist ambjentali, Dylon Brignano fuq it-TV u attivista tal-annimali Athea Galea.

B’differenza għal petizzjonijiet oħra onlajn, l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej huma appoġġjati minn Regolatorju fi ħdan l-UE. Dan ifisser li la darba petizzjoni tiġbor l-appoġġ meħtieġ u tiġi vverifikata, hemm ammont ta’ żmien biex jiltaqa’ mal-Parlament Ewropew li jista’ jwassal biex il-Parlament jadatta riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni, u barra minn hekk fi żmien 6 xhur il-Kummissjoni tal-UE għandu jagħti parir x’azzjoni ser tkun qed tieħu wkoll.

Għalhekk li l-iffirmar ta’ Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej huwa tant importanti.

L-iffirmar huwa sempliċi u jieħu inqas minn minuta mill-ħin tiegħek.