Lokali

Arrestat b’rabta ma’ tliet serqiet f’Birkirkara

Raġel ta’ 37 sena kien arrestat minn residenza fil-Ħamrun.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ 3 serqiet minn ħwienet differenti f’Birkirkara waslu sabiex kmieni l-Ħamis filgħodu ġie arrestat is-suspettat allegatament involut f’dawn ir-reati.

Wara analiżi li twettqet fuq filmati ta’ sigurtà huwa ġie identifikat u arrestat.

Ir-raġel preżentament qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.