Lokali Parlament

“Bija u mingħajri xorta!?” – Konferenza dwar il-ġustizzja soċjali

Illum fil-Parlament qed tittella’ Konferenza dwar il-ġustizzja soċjali bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni soċjali fost il-poplu Malti u Għawdxi. Il-konferenza qed tittella’ fil-ġimgħa fejn qed jiġi mfakkar Jum il-Ġustizzja Soċjali. Il-konferenza qed tittella’ b’ħidma mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Akkomadazzjoni Soċjali Ivan Bartolo, bit-tema tkun: “Bija u mingħajri xorta!?”

Il-familja hija benniena ta’ soċjetà tajba” – Anġlu Farrugia

F’kummenti tal-bidu l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia qal li f’soċjetà wieħed għandu jaqsmu is-sengħa, it-talenti tiegħu.

Huwa qal li l-qagħda tal-familja Maltija tista’ titqies bħala kejl, il-benniena tas-soċjetà, fejn jekk ikollna familji tajbin, ifisser li hemm sisien sodi. Jekk il-familji jkunu mibnija fuq sisien mhux sodi, allura s-soċjetà se tkun waħda dgħajfa.

B’referenza għall-Papa Franġisku, Anġlu Farrugia qal li l-ġid irid dejjem jitqassam sew, ideoloġija li dejjem jaqsam l-Kap tal-Knisja Kattolika. Jekk dan isir, wieħed jgħix f’ambjent sabiħ, fis-sliem u fil-paċi.

L-iSpeaker ukoll ħares lejn l-isfidi kurrenti ta’ soċjetà anzjana, il-problemi fis-saħħa mentali u bosta fatturi oħra li qed joħolqu sfidi ġodda f’Malta.

Meta naħdmu flimkien issir tassew ġustizzja soċjali” – David Casa

L-MEP David Casa qal li huwa ta’ unur li qed jitkellem fil-Parlament f’konferenza bħal din. Huwa qal li l-Partiti Maltin u l-Knisja Kattolika ħadmu bla heda għall-ġustizzja soċjali. Huwa ħares fit-tbatijiet preżenti b’ċittadini li mhux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, sa anki lanqas ilaħħqu biex iħallsu l-kontijiet. Huwa qal li din ix-xejra qed tinħass mal-Ewropa kollha.

Casa qal li fuq qasam soċjali, f’Malta tajjeb li tissaħħaħ l-għaqda, u fakkar li meta l-poplu jaħdem flimkien, ikollna l-aqwa riżultati biex tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali.

“Meta wieħed ikun f’xifer il-faqar, fir-realtà jkun fqir” – Prof. Andrew Azzopardi

Fid-diskors tiegħu d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisiħiħ Soċjali fl-Università ta’ Malta qal f’Malta qed naraw inġustizzja soċjali spiss. Spiss qed naraw Femiċidju, nies li jbatu l-ġuħ, u rajna kif kien hemm madwar 15,000 rapurtaġġ ta’ nies li sofrew forma ta’ kriminalità, medja ta’ 41 persuna kuljum. Huwa qal li ma ninsabux f’sitwazzjoni tajba f’dan l-aspett.

Huwa tenna li jixtieq pajjiżna jkollha ekonomija li tagħti ċans lil kulħadd, kummissjonijiet awtonomi, politiċi li ma jkunux involuti fl-operatt dirett, u NGO’s li jingħataw aktar involviment dirett fis-soċjetà.

“Kif nistgħu nitkellmu fuq ġustizzja soċjali meta qed naraw pazjenti jitkarrbu biex jieħdu l-kura?” – It-tabiba Maria Deguara

Id-dewmien esaġerat fil-qasam tal-kura kien wieħed mit-temi trattati fid-diskors ta’ Maria Deguara fil-Parlament fejn qalet li din mhux ġustizzja, meta fir-realtà f’pajjiżna l-kura denja hija dritt. Hija saqsiet kif wieħed jista’ jserraħ rasu meta għandna anzjani li ma jistgħux jgħixu waħedhom u jdumu xhur jistennew biex isibu akkomodazzjoni xierqa f’dar tal-anzjani tal-Gvern.

L-eks Membru Parlamentari tenniet li dawn huma biss ftit punti fost ħafna sfidi fejn ġustizzja soċjali f’pajjiżna sfortunatament dan mhux isir.

Id-droga qed tiżdied u tinfirex f’Malta” – Noel Xerri

Qed nibqgħu għaddejjin fejn l-ekonomija hija biss kruċjali, imma l-ekonomija hija hi biss, jew il-bniedem sar biss qaddej tal-ekonomija. Dan hu dak li qal Noel Xerri, Chairperson tal-Anti-Poverty Forum.

Il-ġimgħa l-oħra ġie rrappurtat rapport tal-użu tad-droga. Huwa qal li l-użu tad-droga qed jiżdied u jinfirex, dan qed joħloq vittmi ġodda. Qed nesperjenza mewġa kbira ta’ vjolenza, fejn bosta qed ikunu vjolenti minħabba droga. Huwa qal li hawn lokalitajiet fejn qed ikollhom ħin ta’ terrur minħabba d-droga.

Huwa għalaq billi qal li s-soċjetà qatt m’għandha tippromwovi d-droga.

“Il-fqar mhux karità għandhom bżonn iżda ġustizzja” – Dun Joe Borg

L-esperti fuq il-faqar mhux l-akkademiċi jew l-ekonomisti iżda l-foqra. Din kienet waħda mill-istqarrijiet li wassal Fr. Joe Borg tul din il-konferenza fejn tenna li jeħtieġ li nisimgħu tassew mill-foqra għax huma jafu minn xiex jgħaddu.

Huwa ġab eżempji ta’ ċirkostanzi ta’ tfal jittalbu, għall-ikel, biex jinħasslu, biex ikollhom l-aktar affarjiet bażiċi. Mhux aċċettabbli li f’soċjetà Maltija jkollna l-faqar tal-barranin.

Huwa qal li l-fqar mhux karità għandhom bżonn iżda ġustizzja, li jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt.

“Qed naraw familji vulnerabbli mwarrba” – Joe Mikallef

Fid-diskors tiegħu l-ġurnalist Joe Mikallef qal li preżentament f’Malta qed naraw familji vulnerabbli mwarrba. Fil-kelma li wassal, ħares lejn xeneraji ta’ dak li qed jiġri fl-Ewropa u lil hinn, pajjiżi li qed ibatu l-faqar, il-gwerra.

Huwa qal li għalkemm qed ngħinu lill-poplu oħra, f’Malta hawn nies li huma wkoll qed ibatu u ġustizzja magħhom mhux issir. Huwa qal li l-bniedem fqir, għajnuna ta’ veru jkollu bżonn. Huwa qal li ma jistax ikun li l-Gvern ikollu rieda li jgħin persuni lil hinn, li tittejjeb il-ħajja ta’ dawk l-aktar fil-bżonn, iżda mbagħad irid ineħħi l-ħajja tat-tarbiija fil-ġuf.

Joe Mikallef qal li Malta qed tbati minn inġustizzja soċjali. Huwa wassal messaġġ lill-Istat, fejn talab biex ma jibqax jixtri lill-ġurnalisti u lil dawk li jfittxu li jwettqu ġustizzja soċjali.

“X’jiswa li nivvota lil X meta dan jimplimenta politika ta’ xi ħadd li ħadd ma tah mandat” – Matthew Borg

Il-ġustizzja soċjali m’għandhiex post għal nies għażżiena. Hekk qal Matthew Borg, minn Alleanza kontra l-Faqar fejn qal li f’Malta għandna 1 minn kull 5 persuna fil-faqar.

Huwa qal li l-Alleanza Kontra l-Faqar trid tara aktar interess mill-Gvern tal-ġurnata dwar dak li tassew hemm fis-soċjetà u biex il-Gvern jindirizza tassew din l-isfida.

Il-liġijiet tagħna qed jimxu pari passu li jħarsu l-ġustizzja soċjali?” – Alfred Sant

L-MEP Alfred Sant qal li ninsabu f’sitwazzjoni fejn f’Malta hawn nies li qed ibatu l-faqar, iżda m’għandhomx vot u allura l-pressjoni li jistgħu jagħmlu hija limitata.

Huwa qal li jixtieq jirrimarka fil-kuntest tal-ħaddiema barranin f’pajjiżna, jekk għandniex nirriflettu ftit jekk din is-sitwazzjoni għandhiex tiġi diskussa, korretta, fil-kuntest għall-ġustizzja ta’ kulħadd.

“Huwa verament teba fuq il-kuxjenza tagħna li rridu nibnu l-ħitan” – Joe Ellis

“L-istat irid jippermetti li min hu fil-bżonn, l-istat għandi jagħti l-għajnuna meħtieġa”. Dan hu dak li qal l-eks Membru Parlamentari Joe Ellis. Fid-diskors tiegħu, tkellem ukoll dwar l-imigrazzjoni, kemm dawk li jinsabu fuq il-baħar, u anki dawk li jinsabu fuq l-art, fejn hawn barranin li qed ibatu minn inġustizzja soċjali. Huwa qal li hekk biss nistgħu ngħinu lil dawk li vera li qed ibatu minn inġustizzja soċjali.

“F’waqtiet il-ġustizzja soċjali tiltaqa’ mal-ġustizzja kriminali” – Mary Muscat

Hija qalet li f’Malta sirna naraw serq tal-aktar affarjiet bażiċi, dan hu dak li qalet Mary Muscat, Avukat tat-Tfal u Assistent Lettur fil-Fakultà tal-Liġi, Università ta’ Malta. Hija qalet li ġieli smajna każijiet ta’ serq ta’ bottijiet tat-tonn, u ssuġġerriet li qabel ma jitreqqsu l-Qorti dawn l-individwi, il-pulizija tingħata ċertu poteri biex flimkien mal-ħaddiema soċjali, minflok titressaq il-Qorti, il-persuna jitressaq fuq is-servizzi eżiżtenti biex tingħata l-għajnuna.

Hija qalet li jeħtieġ li dawn l-individiwi jingħataw ċans mill-ġdid, fejn ma jidħlux f’xenarju fejn il-kondotta tagħhom tkun tħammġet.

“Ngħinu nisa li qed jgħallmuna x’inhi r-reżiljenża” – it-tabib Miriam Sciberras

In-nisa qed jitqabdu f’battalja kontinwa, speċjalment għax ikunu jridu jħarsu l-ħajja. Dan hu dak li qalet Miriam Sciberras il-Kap Eżekuttiv, Life Network Foundation.

Hija talbet biex tinstab soluzzjoni għal dawk li qed ibatu l-faqar, li qed jgħixu fil-garaxxijiet. Koppji li anki qed ibatu biex jixtru akkomodazzjoni. Sciberras waħda mill-isfidi ġodda f’Malta huwa t-tisħiħ tal-familja.

“Il-progress ma nistgħux nqisuh kemm jidħlu nisa fil-post tax-xogħol, għax qed jinħolqu problemi band’oħra”. Hija għamlet refereneza għan-nuqqas ta’ birthrate fis-soċjetà, u li dan kollu jeħtieġ li l-Gvern jinvesti f’inizjattivi biex il-koppji jiffurmaw u jsaħħu familji ġodda.

“Il-ġustizzja soċjali tista’ tinbena biss meta kull persuna tingħata dak kollu li jagħmel lill-bniedem” – Patri Edgar Busuttil

Hawn tbatija ta’ żgħażagħ li qed jibżgħu li s-sid jgħolli l-kirja. Tfal li qed ibiddlu d-djar għax qed ikollhom ibiddlu l-iskola. Hekk sostna Patri Edgar Buusttil, Saċerdot u Ġiżwita, Direttur, tal-Istitut Paulo Freire.

Huwa qal li jekk għandek soċjetà materjali, u jimpurtah biss mill-flus, b’hekk tikber l-inġustizzja soċjali. Huwa qal li demokrazija tfisser li mhux biss tiffarforixxi grupp minn fuq ieħor, dan it-tip ta’ demokrazija jwassal li min hu dgħajjef u bla vuċi jiġi eskluż.

“Fadlilna ħafna x’naqfu, il-futur huwa sabiħ, imma l-preżent huwa fraġli” – George Vital Zammit

George Vital Zammit, lettur fl-Università ta’ Malta qal li bħalissa qed naraw żgħażagħ li mhux jaraw preżent f’Malta. Huwa qal li qed naraw żgħażagħ li huma neqsin miċ-ċertezzi, realtà fejn żgħażagħ aktar faċli jkunu eletti fil-Parlament milli jkunu sidien tad-darhom.

Huwa qal li ftit ġranet ġieli li madwar 50 żagħżugħ fix-xahar qed jitilqu minn Malta. Huwa qal li jeħtieġ li ż-żgħażagħ jingħataw l-għajnuniet kollha.

“Niltaqa’ ma’ mijiet ta’ persuni bla vuċi” – Patri Marcellino Micallef

“Lill-fqar trid tgħannaqhom”. Hekk qal Marcellino Micallef Patri Franġiskan u Direttur tas-Soup Kitchen, fil-Belt Valletta fejn qal li fis-soċjetà hawn nies li qed jaħarbu lin-nies fqar, u mhux jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Huwa qal li f’Malta għandna bżonn li naslu fid-dritt li kulħadd ħaqqu saqaf fuq rasu. Patri Micallef qal li llum qed jaffaċjaw realtà ta’ faqar kbir. Huwa qal li l-għan tas-Soup Kitchen huwa mhux biss li tagħti l-ikel, iżda tagħti esperjenzi dejjiema, li jagħtu għajnuna.

“Hawn wisq ġuħ għall-hena f’pajjiżna”

Huwa għalaq billi appella lill-awtoritajiet biex jagħti prijorità lis-saħħa mentali fost ħafna sfidi li llum is-soċjetà Maltija qed taffaċċja.

“Il-poplu Malti għadu jqis lill-mara anqas, anki b’modi sottili” – Audrey Friggieri

Iċ-ċavetta għal soċjetà ġusta u ugwali hija l-edukazzjoni, iżda apparti l-edukazzjoni jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-familja. Hekk tenniet Audrey Friggieri, Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru tul din il-konferenza. Hija qalet li l-ġenituri jeħtieġu s-sapport kontinwu biex irabbu l-ulied.

Hija qalet li llum hawn bżonn aktar għarfien tal-mod kif tgħix, fejn qed naraw soċjetà fejn qed naraw self-harm, speċjalment fost iż-żgħażagħ.

F’realtà fejn qed ngħixu llum, irridu nrawmu żgħażagħ li ma jibżgħux ifallu. Li wara li jfallu, iqumu u jaġixxu mill-ġdid.

“Dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, għala ma jridux jagħmlu inkjesta pubblika indipendenti, lil min qed jipproteġu?” – Peppi Azzopardi

Fil-Parlament Peppi Azzopardi għażel li jwassal il-messaġġ ta’ Isabelle, omm Jean Paul Sofia, iż-żagħżugħ li miet taħt it-tiġrif wara li binja krollat. Huwa għalaq b’riflessjoni fejn ħares lejn dak li ġara fl-aħħar hekk kif rajna tifla ta’ 4 snin tmut fil-baħar Malti, bis-soċjetà Maltija, jew tal-anqas parti mis-soċjetà siekta, ma titħarrikx wara l-mewt ta’ din it-tifla li mietet fuq il-baħar bil-għatx.

“Soċjetà li qed tibża’ kontinwament, tlifna l-kuxjenza soċjali” – Edwin Vassallo

L-eks Membru Parlamentari qal li f’Malta qed naraw nuqqas ta’ rispett, element ta’ inġustizzja soċjali. Edwin Vassallo qal li f’waqtiet qed naraw elementi fejn il-bniedem qed ikun stmat qisu skart. Huwa appella biex ikollna l-ħarsien tal-ħajja, f’kull stadju tal-ħajja.

“Il-ħajja tal-bniedem qatt ma tista’ tiġi skartat jew mormija”

Edwin Vassallo qal li jeħtieġ li Malta taħdem għat-tisħiħ favur il-paċi, komunità li tirrispetta u l-valur tal-ġid li jitkattar u jitqassam b’mod ġust.

Ma jistax ikollok ġustizzja soċjali jekk ma hemmx ugwaljanza” – Anthony Agius Decelis

Fid-diskors tiegħu qal li s-soċjetà Maltija trid ġustizzja soċjali biex verament kulħadd jgħix il-ħolma ta’ ħajtu. Huwa qal li l-ugwaljanza jew il-ġlieda għaliha mhux slogan politiku, u għalhekk jeħtieġ li l-ugwaljanza tkun tassew implimentata.

Huwa qal li l-ugwaljanza hija strumentali biex issir ġustizzja soċjali, fejn kulħadd jitqies l-istess, kulħadd jingħata l-opportunità.

Kif qed inwettqu l-ġustizzja soċjali ma’ uliedna?” – Marie Louise Coleiro Preca

Fid-diskors tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President Emeritus ta’ Malta, tat ħarsa lejn il-faqar fost it-tfal f’Malta, fejn hawn 1 minn kull 4 tat-tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Hija qalet li din hija realtà inkwetanti ħafna. Tennniet li l-faqar jhedded kull dritt uman.

“L-aċċess tal-edukazzjoni huwa dritt ta’ kulħadd, nistqarr li s-sistema mhux aċċessibbli għal kulħadd”

Hija saqsiet kemm l-edukazzjoni hija ekwa u ugwali għal uliedna. Hija qalet li naraw tfal li jiċċaħdu mill-ħarġa tal-iskola, sakemm tħallasx l-ikola.

Fid-diskors tagħha hija rringrazzjat lill-MP Ivan Bartolo li ħoloq konferenza bħal din fejn qed nirriflettu x’inhi tassew il-ġustizzja soċjali.

“Hawn nies dipendenti fuq il-ġenerożità tal-oħrajn” – Ivan Bartolo

Ivan Bartolo, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Akkomodazzjoni u l-Ġlieda kontra l-faqar fejn qal li l-kuxjenza soċjali hija li kulħadd isir indipendenti, u ħadd ma jibbaża fuq il-ġenerożità ta’ ħaddieħor. Il-Membru Palamentari qal li lill-foqra tirbahom meta tisma’ dak li jridu jgħidu.

Huwa qal li l-bniedem ħoloq titli bombastiċi biex tinħoloq distinzjoni, u l-iżvantġġjat emmen li dawn it-titli ħadd ma jista’ jilħaqhom.

“Min jaħseb li hu fuq l-oħrajn iħalli warajh id-dlam, il-baħħ, u l-konfużjoni”

Huwa qal li issa bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, issa ma rridux nitkellmu biss, iżda rridu nagħmlu ħidma biex tassew issir ġustizzja soċjali.