Ewropa Internazzjonali

FIL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ: Ir-Russja tinfexx f’attakk dirett fuq l-Unjoni Ewropea

F’attakk dirett lejn l-UE, ir-rappreżentant tar-Russja fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stqarr li r-Russja “qed tkun ittimbrata”.

Din id-dikjarazzjoni saret waqt il-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà li ddiskuta r-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Ir-rappreżentant tar-Russja Vasily Alekseyevich Nebenzya qal li l-UE – skont hu – niżlet fl-abbissi. U insista li l-Ewropa qed tgħin biex tinxtered dik li hu sejjaħ “fobja” fil-konfront tar-Russja.

Nebenzya qal li l-UE falliet, u insista li qed jiġi biss glorifikat dak li sejjaħ “neo-Nazziżmu”.

Hawn, irrefera ankè għal-libertajiet ċivili u indika li skont ir-Russja dawn mhumiex il-valuri vera Ewropej.

“Tirripetux l-iżbalji tal-passat”, stqarret ir-Russja fil-Kunsill tas-Sigurtà.