Raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Tarxien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bil-mutur tiegħu f’Ħal Għaxaq. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu għall-ħabta tan-12.30am fi Triq Għar Dalam.
Mill-informazzjoni li ngħatat ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech fetħet inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>