Lokali Parlament

“Ġustizzja soċjali ma tistax issir jekk bniedem ma jitħalliex jitwieled” – Bernard Grech

Il-ġustizzja soċjali għandha tippermetti l-opportunità, jekk dan ma jseħħx, mela hemm qed issir inġustizzja. Hekk sostna l-Kap tal-PN Bernard Grech meta l-Ħamis indirizza l-konferenza “Bija u mingħajri xorta!?”, konferenza dwar il-ġustizzja soċjali.

Huwa qal li ssir ġustizzja soċjali meta persuna titħalla titwieled, meta titħalla jkollha futur.

Il-Kap tal-PN qal li f’pajjiżna jeħtieġ li jkollna ambjent sagħan, fejn ħadd ma jaħkem l-ambjent tal-individwu.

Fid-diskors tiegħu ta ħarsa lejn l-esperjenza li kellu lbierah fi żjara il-Prisoners Inmates Programme f’Baħar iċ-Ċagħaq fejn qal l-ħidma li qed issir hi l-bniedem jingħata lura d-dinjita’ tiegħu waqt li jifhem il-konsegwenzi ta’ għemilu, għaliex kull bniedem ħaqqu ċans ieħor.

Huwa rringrazzja fost l-oħrajn lil Caritas Malta tal-ħidma li qed issir f’dan il-kuntest, iżda wkoll lil Ivan Bartolo tal-ħidma sfieqa f’dan il-qasam u tal-ħidma biex tittella’ din il-konferenza fil-Parlament.