Nhar il-Ħamis, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ l-Infetti fil-limiti tar-Rabat
L-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Mazda misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti Pembroke, u karozza tat-tip Toyota misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli.
It-tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post biex jassisti, u l-ambulanza ħadet il-mara ta’ 35 sena l-isptat għal kura, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>