Il-Kap tal-PN, Bernard Grech awgura lil Dawn Desira, rebbieħa ta’ The Voice Kids waqt laqgħa li ttellgħat il-Ħamis fl-ufficcju tieghu fid-Dar Centrali tal-PN.
Flimkien huma tkellmu dwar il-futur tagħha fejn anki qasmet miegħu l-aħħar esperjenzi li kellha biex setgħat tirbaħ The Voice Kids.
Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li artisti bħal Dawn Desira jibqgħu jaħdmu fit-talent tagħhom biex mhux biss jagħmlu unur lilhom inusfhom iżda wkoll lil pajjiżna.
Dawn Desira min-naħa tagħha rringrazzjat lill-għalliema kollha tagħha għall-gwida u s-sostenn u tenniet li f’waqtiet għadha lanqas tista’ temmen li l-ħolma tagħha saret realtà.
Din il-kompetizzjoni kellha erba’ fażijiet. L-ewwel fażi kienet tal-Provi, wara The Blind, The Battles u fl-aħħar nett is-Sing Offs. Kompetizzjoni li tat l-opportunità lil diversi tfal Maltin juru t-talenti mużikali tagħhom, bl-għajnuna tal-kowċis tagħhom Owen Leuellen, Destiny Chukunyere u Gianluca Bezzina.
Dawn, flimkien ma’ Yulan u Luigi, irnexxielha tagħmilha sal-aħħar fażi filwaqt li rebħet is-somma ta’ €10,000.
Il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jaħdem favur l-arti f’pajjiżna… tant li fl-aħħar xhur ressaq mozzjoni għal emenda kostituzzjonali biex l-arti tiddaħħal fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u b’hekk l-artisti Maltin jingħataw l-importanza li jixraqilhom.
//= $special ?>