L-Inkjesta tal-Imħallef Emeritus Jeffrey Valenzia dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar tikkonferma dak li ilu jinkwieta dwaru kulħadd, jiġifieri li l-Korp tal-Pulizija m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħaq mal-ammont ta’ xogħol li l-membri tal-Korp qed jiffaċċjaw ta’ kuljum.
Hekk sostna l-Kap tal-PN Bernard Grech hekk kif l-istess konklużjoni ħarġet minn studju li kien ikkummissjonat mill-Gvern stess mill-Professur Andrew Azzopardi, iżda li hu evidenti li tħalla fuq l-ixkaffa għal aktar minn sena. Matul dan iż-żmien, inqatlet ukoll omm oħra, Rita Ellul, minbarra Bernice Cassar.
Din l-Inkjesta mqabbda mill-Gvern stess hi konferma u prova oħra li l-Ministru Byron Camilleri hu politikament responsabbli għal dan in-nuqqas ta’ riżorsi fil-Korp tal-Pulizija.
//= $special ?>