Lokali

“Is-sistema ma ħadmitx minħabba lack of resources” – konkluża l-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Bernice Cilia

“Is-sistema ma’ ħadmitx minħabba lack of resources u increasing work load”

Hija din il-konklużjoni tal-inkjesta mmexxija mill-Imħallef Emeritu Jeffrey Valenzia hekk kif il-Ħamis filgħaxija f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Jonathan Attard flimkien mal-Ministru Byron Camilleri.

Il-konklużjoni ta’ din l-inkjesta hija ugwali għal studju li kien ikkummissjonat mill-Gvern stess li iżda tħalla fuq l-ixkaffa għal aktar minn sena…fejn matul dan iż-żmien inqatlu żewġ persuni, żewġ nisa, żewġ ommijiet, Rita Ellul u Bernice Cilia…kawża ta’ vjolenza domestika.

L-istudju kien elenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet u kien kixef ukoll sistema li kienet spiċċat mtertqa..studju mwettaq minn diversi akkademiċi u esperti fil-qasam li kienu diġà saħqu li s-sistema ma kinitx qed taħdem minħabba nuqqas kbir ta’ riżorsi u nuqqas ta’ staff fost oħrajn.