Wara li l-Ħamis tard filgħaxija l-Gvern ippubblika l-konklużjoni tal-Inkjesta tal-Imħallef Emeritus Jeffrey Valenzia dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kiteb fuq il-mezzi soċjali li din l-Inkjesta mqabbda mill-Gvern stess hi konferma u prova oħra li l-Ministru Byron Camilleri hu politikament responsabbli għan-nuqqas ta’ riżorsi fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista innota kif din il-konklużjoni tikkonferma dak li ilu jinkwieta dwaru kulħadd, jiġifieri li l-Korp tal-Pulizija m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex ilaħħaq mal-ammont ta’ xogħol li l-membri tal-Korp qed jiffaċċjaw ta’ kuljum.
Fakkar kif l-istess konklużjoni ħarġet minn studju li kien ikkummissjonat mill-Gvern stess, mill-Professur Andrew Azzopardi, iżda li hu evidenti li l-Gvern ta’ Robert Abela ħalla fuq l-ixkaffa għal aktar minn sena. Matul dan iż-żmien, inqatlet ukoll omm oħra, Rita Ellul, minbarra Bernice Cassar.
//= $special ?>