L-Iżvezja ħabbret li hi disposta biex tibgħat numru ta’ tankijiet tal-gwerra tat-tip Leopard lill-Ukrajna u bħala parti minn pakkett ta’ għajnuna li tinkludi anki s-sistema tal-artillerija avvanzata ‘Archer’.
L-offerta saret wara li n-Nazzjonijiet Uniti vvutat biex ir-Russja tirtira mill-Ukrajna immedjatament – b’dan il-vot jitqies bħala sinifikanti f’termini politiċi anki jekk mhux tat-tip li jorbot lil pajjiż legalment.
Spanja u l-Finlandja wkoll wiegħdu aktar tankijiet Leopard lill-Ukreni, b’aktar pajjiżi mistennija jkomplu jappoġġjaw ir-reżistenza qalbiena tal-Ukreni.
U fi żviluppi oħra qed ikomplu ż-żjarat fi Kiev mill-Mexxejja tad-dinja, bil-President Ukren Volodymyr Zelensky qed iħejji biex jilqa’ wkoll lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez. Min-naħa tiegħu, Sanchez qal li ‘Spanja se tibqa’ tappoġġja lill-poplu Ukren sakemm tirritorna l-paċi fl-Ewropa.
//= $special ?>