Internazzjonali

L-Ukrajna: Ir-Russi qed ikomplu jitilfu t-truppi ‘bil-mijiet’

Kelliema għall-Istaff Ġenerali tal-qawwiet Ukreni qalu li nqatlu ‘il fuq minn 800 suldat ieħor tar-Russja fi spazju ta’ 24 siegħa u wara li komplew il-battalji fil-lvant u bnadi oħra tal-Ukrajna.

Iċ-ċifra ma kenitx ikkonfermata mis-sorsi indipendenti iżda kibret il-possibbiltà li l-aħħar vittmi rappurtati fost il-militar Russu tellgħu t-total ta’ suldati mitlufa għal viċin il-150,000 mindu daħlu l-ewwel truppi fl-Ukrajna sena ilu.

Dan ukoll waqt li s-sorsi viċin il-qawwiet Ukreni qalu li rnexxielhom jirreżistu għal ‘madwar 100 attakki ġodda’ mir-Russi fl-inħawi ta’ Kupyansk, Lyman, Bakhmut, Avdiivka u Shakhtarsk.