Is-Segretarju tad-Difiża Britanniku, Ben Wallace, issuġġerixxa li l-gwerra fl-Ukrajna kapaċi ddum mill-anqas sena oħra u qal li r-Russja uriet li ma jimpurtaha xejn mill-ħajja tas-suldati tagħha, wisq anqas dik tal-Ukreni.
Fl-istess ħin, Wallace irrefera għall-possibbiltà li jintbagħtu l-ajruplani tal-gwerra ‘ipprovduti min-NATO’ lid-difensuri Ukreni — bl-Istati-membri tal-Alleanzi issa qed jirrankaw l-impenji għall-għajnuna militari lill-Ukrajna.
Fl-aħħar sigħat ukoll, ir-Renju Unit irrefera għall-‘possibbiltà kbira’ li l-qawwiet Russi jwettqu attakk ‘kbir’ ieħor fuq il-belt Ukrena ta’ Vuhledar fir-reġjun ta’ Donetsk Oblast u fejn ir-Russi, fl-aħħar xhur, sofrew telf kbir ta’ ħajja kulmeta pruvaw – u fallew – milli jieħdu kontroll tal-belt.
//= $special ?>