L-Ukrajna mill-ġdid qed tħejji għal offensiva qalila mill-qawwiet tar-Russja, bis-servizzi sigrieti qed iwissu lill-Ukreni biex ‘jistennew’ mewġa oħra ta’ missili għal fuqhom waqt l-attakki ġodda mill-Kremlin biex ‘ifakkru’ l-anniversarju (għada) mill-invażjoni tat-territorju Ukren mit-tankijiet u s-suldati ta’ Moska.
Bħalissa hemm tensjoni akbar mis-soltu fl-ibliet ewlenin tal-Ukrajna fost l-istennija għal lejl ieħor ‘sinifikanti’ fid-dawl tal-gwerra. …Tensjoni li qed jinħass ukoll fuq livell globali, waqt li l-pajjiżi tad-dinja qed isejħu għat-tmiem tal-ostalitajiet fl-Ukrajna.
Dan fost il-possibbiltà li r-Russja tiftaħ il-burraxki ġodda fuq iz-zoni ċivili tal-Ukrajna u li kapaċi jkuju jerġa’ aktar qawwija mill-offensiva oriġinali tal-24 ta’ Frar tas-sena oħra.
//= $special ?>