Futbol Sport

Manchester United jeliminaw lil Barcelona… Hat-trick ta’ Di Maria tpoġġi lil Juventus mal-aħħar sittax

(Ritratt: EPA)

F’Old Trafford, fil-partita tal-ġurnata, Manchester United eliminaw lil Barcelona mill-UEFA Europa League meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bi skor aggregate ta’ 4-3. Kienu Barcelona li marru fil-vantaġġ fit-18-il minuta meta Bruno Fernandes dehra iwaqqa’ lil Alex Balde fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Robert Lewandowski ma żblajax għal 1-0. Minkejja li l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur Barcelona, fit-tieni taqsima il-partita ħadet xejra differenti b’Manchester United jiddominaw mill-ewwel minuti. Kien proprju fis-47 minuta li huma kisbu l-gowl tad-draw meta Bruno Fernandes żmarka lil Fred li b’xutt fil-baxx għeleb lil Ter Stegen għal 1-1. Biex fit-73 minuta Manchester United skorjaw il-gowl tar-rebħa meta kien Antony li b’xutt fil-baxx xeħet wara Ter Stegen u poġġa’ lil Manchester United mal-aħħar sittax.

Fi Stade de la Beaujoire Juventus għaddew għall-fażi tal-aħħar sittax b’rebħa ta’ 3-0 fuq Nantes, bi skor aggregate ta’ 3-0. Juventus fetħu l-iskor ħames minuti mill-ftuħ tal-partita meta Nicolo Fagioli għadda lejn Angel Di Maria li minn tarf il-kaxxa, b’xutt bid-dawra xeħet fl-anglu tax-xibka għal 1-0. Nantes spiċċaw jilgħabu bi plejer anqas fis-17-il minuta wara li Nicolas Pallois deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru reġa’ kien Di Maria li ma żbaljax għal 2-0. Juventus għalqu l-partita fit-78 minuta meta Dusan Vlahovic żmarka lil Di Maria, li bir-ras xeħet fix-xibka, għal hat-trick personali u skor finali ta’ 3-0.

Roma wkoll għamluha għall-fażi tal-aħħar sittax meta fi Stadio Olimpico għelbu lil FC Salzburg bl-iskor ta’ 2-0, bi skor aggregate ta’ 2-1. Kien Andrea Belotti li fetaħ l-iskor għat-tim immexx minn Jose Mourinho fit-33 minuta wara cross ta’ Leonardo Spinazzola. Seba’ minuti wara Roma għamluhom tnejn meta għal darb’oħra minn cross ta’ Spinazzola din id-darba kien Paolo Dybala li b’volley preċiż xeħet fix-xibka għal 2-0.

Riżultati:

Midtylland v Sporting 0-4, Monaco v B.Leverkusen 2-3, Nantes v Juventus 0-3, PSV v Sevilla 2-0, Man Utd v Barcelona 2-1, Rennes v S.Donetsk 1-0 (ħin barrani), Roma v FC Salzburg 2-0, Union Berlin v Ajax 3-1