Il-Ħamis madwar l-għaxra ta’ filgħodu fi Triq Sant Anna, il-Furjana, mara ta’ 85 sena residenti San Ġwann, intlaqtet minn Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Furjana.
Il-vittma ttieħdet l-isptar sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn irriżulta li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
IIl-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>