Lokali

Mara tittieħed l-isptar wara ħabta bejn 4 vetturi

Mara ta’ 30 sena minn Ħ’Attard kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn erba’ vetturi fi Triq Dun Karm Psaila f’Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart tal-Ħamis waranofsinhar meta biswit ir-round-about li taqsam bejn Birkirkara, Iklin, Balzan u Ħal Lija..seħħet ħabta bejn 3 karozzi u vann.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieqa tal-vann għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.