Malta llum qamet taħt kutra ta’ ċpar bl-Uffiċċju Meterjoloġiku jgħid li maż-żerniq kellu jkun imċajpar u mal-ġurnata t-temp kellu jsir xemxi.
Fil-każ ta’ pajjiżna, iċ-ċpar bosta drabi jkun riżultat ta’ arja sħuna li qed ikollna f’dawn il-ġranet, li flimkien ma’ riħ ħafif iwassal biex l-arja tiġbor fiha ħafna umdità u b’hekk jinħoloq iċ-ċpar.



Kaġun taċ-ċpar numru ta’ titjiriet ittardjaw, b’uħud mill-passiġġieri damu anki tliet sigħat fuq l-ajruplan.

