Sport Sport Ieħor

Sparar: Clive Farrugia jirbaħ it-tieni Skeet Selection Shoot tal-2023

Clive Farrugia rebaħ it-tieni Skeet Selection Shoot ta’ din is-sena, b’Marcello Attard u Liam Sciberras jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Din il-kompetizzjoni saret fil-Malta National Shooting Ranges u kienet organizzata fuq jumejn b’75 plattina fl-1 Jum u 50 platina segwiti mill-fażi finali fit-tieni jum.

It-tmien semi finalisti fl-ordni tan-numru tal-bib skont il-punteġġi ta’ kwalifika tagħhom kienu:

Semi-Finali 1
Bil-Babib Numri 1, 3, 5 u 7 kienu; Marcello Attard 118/125, Clive Farrugia bl-iskor ta’ 114/125 +5 shoot-off, Andre Cassar xeħet 109/125 u Matthias Azzopardi laqat 104/125 +1 shoot-off.

Semi-Finali 2
B’Numri tal-Bib 2, 4, 6 u 8 kienu; Liam Sciberras bl-iskor ta’ 114/125 +6 shoot-off, Marlon Attard 112/125, Bozhidar Vasilev Dimitrov laqat 104/125 +2 shoot-off u Ian Grima irnexxielu jolqot 103/125.

Riżultat tas-Semi-Finali 1

  1. ATTARD Marcello 27/30
  2. FARRUGIA Clive 25/30
  3. AZZOPARDI Matthias 22/30
  4. CASSAR Andre 14/20

Riżultat tas-Semi-Finali 2

  1. SCIBERRAS Liam 23/30 +2 shoot-off
  2. ATTARD Marlon 23/30 +2 shoot-off
  3. GRIMA Ian 23/30 +1 shoot-off
  4. DIMITROV Bozhidar Vasilev 12/20

Medal Match:

  1. FARRUGIA Clive 39/40
  2. ATTARD Marcello 36/40
  3. SCIBERRAS Liam 26/30
  4. ATTARD Marlon 13/20

Din il-kompetizzjoni kienet ukoll l-aħħar Selection Shoot għall-ISSF World Cup Larnaca, CYP 2023, li se ssir fl-aħħar ta’ Marzu u l-bidu ta’ April.

L-atleti li se jirrappreżentaw lil Malta fl-avveniment Skeet se jkunu Marcello Attard, Clive Farrugia, Liam Sciberras u Marlon Attard.

Ir-riżultati tal-Klassi mit-tieni jum kienu dawn li ġejjin:

Klassi A

  1. ATTARD Marcello 48/50
  2. SCIBERRAS Liam 46/50
  3. AZZOPARDI Matthias 45/50

Klassi B

  1. GRIMA Ian 46/50
  2. MUSCAT Joseph 36/50

Il-programm Skeet tal-MSSF ikompli nhar is-Sibt 15 u l-Ħadd 16 ta’ April 2023 bit-tielet Selection Shoot